Diskussjoni
Skopri kif żviluppaw l-ibliet u l-irħula Maltin

A historical overview of the development of Maltese urban areas huwa t-titlu tal-ewwel taħdita minn sensiela ta’ taħditiet li se jkunu organizzati kull xahar minn Heritage Malta.

L-għan ta’ dawn it-taħditiet huwa li titqajjem kuxjenza akbar dwar il-wirt kulturali. Dawn it-taħditiet se jkunu indirizzati minn professjonisti fis-settur kif ukoll minn rappreżentanti ta’ Heritage Malta. Is-suġġetti li se jkunu diskussi f’din is-sensiela ta’ taħditiet huma dwar diversi aspetti tal-wirt kulturali u storiku tagħna bħall-arkeoloġija, konservazzjoni, l-istorja, storja naturali, fotografija, settur marittimu u oħrajn.

It-taħditiet se jsiru s-Sibtijiet filgħodu bejn l-10.00am u nofsinhar f’siti relatati mas-suġġett. L-ewwel taħdita, Historical overview of the development of Maltese urban areas, se ssir fl-10 ta’ Marzu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta u se tkun indirizzata mill-Perit ta’ Heritage Malta, Ruben Abela. F’din it-taħdita se jkun diskuss it-tibdil u t-trasformazzjoni taż-żoni urbani f’Malta bil-għan li jkun apprezzat aktar l-iżvilupp storiku tal-ibliet u l-irħula Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Diskussjoni

It-Tlieta 6 ta’ Novembru fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Sephora Francalanza se tagħmel taħdita pubblika mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti dwar “L-Idjoma Brikkuna fil-Lirika ta’ Mario…

Diskussjoni

Are you interested in global wildlife? If yes, then come along to our upcoming Nature Meet-up at Salina Nature Reserve, that will discuss the plight of Puffins. This talk will shed…

Diskussjoni

Heritage Malta se torganizza seminar ta’ nofs ta’ nhar fuq il-frammenti tal-wirt kulturali bl-isem ta’ ‘Archaeological fragments and other sources of information’. Is-suġġetti ttrattati f’dan is-seminar jinkludu l-arkeoloġija fil-pre-istorja, fil-perjodu…

Attivita'

Se ssir taħdita minn Anthony M Brincat nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April fis-7pm.  It-taħdita se ssir fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Anthony M Brincat kellu karriera…

Aktar