Attivita'
Skopri l-ambjent Malti f’EkoDalam

Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku jżur Għar Dalam u jipparteċipa fid-diversi attivitajiet li se jkunu ffukati fuq id-diversi aspetti tal-ambjent Malti.

L-attivitajiet se jkunu mifruxa l-ġurnata kollha u se jieħdu sehem ukoll diversi NGOs kif ukoll entitajiet governattivi.

Matul EkoDalam il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jiskopru iktar dwar l-ambjent Malti kif ukoll jieħdu sehem fl-attivitajiet edukattivi u ta’ promozzjoni li se jittellgħu mill-għaqdiet parteċipanti. Fil-preżent Heritage Malta għaddejja bi proġett biex iż-żona ta’ Għar Dalam tkun iktar sostenibbli favur l-ambjent. Dan billi diġà ttieħdu miżuri ħalli jitnaqqas il-konsum tal-ilma u tad-dawl elettriku kif ukoll billi l-aġenzija
qiegħda tirriċikla l-iskart.

L-ambjent fl-inħawi ta’ Għar Dalam ukoll qed jiġi mtejjeb. Siġar mhux Maltin tneħħew u posthom imtella’ minn siġar lokali, sar l-istess eżerċizzju wkoll fejn jidħlu pjanti oħrajn. Wied Dalam, ekoloġikament importanti għax eluf ta’ snin ilu kellu sehem attiv fil-ħolqien tal-għar, ukoll qed jiġi riabilitat. Dan qed isir f’kollaborazzjoni ma’ Ambjent Malta.

Ir-riabilitazzjoni fl-abitat naturali ta’ Għar Dalam u l-madwar qed twassal ukoll għal żieda fil-fawna u l-flora li tinkludi għasafar, rettili, mammiferi u insetti, li ilhom ma jidhru f’dan is-sit għal diversi snin.

Minbarra l-importanza paleontoloġika u arkeoloġika tiegħu, is-sit preistoriku ta’ Għar Dalam f’Birżebbuġa huwa wkoll żona protetta ta’ Natura 2000.

Għar Dalam se jinfetaħ għall-pubbliku bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul isir fl-4.30pm. Se jkun hemm ukoll ikel għall-bejgħ.
Il-membri ta’ Heritage Malta u dawk li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, b’dawn tal-aħħar jistgħu jkunu akkumpanjati minn żewġ adulti, kif ukoll dawk li għandhom il-passaport tal-kbar ta’ Heritage Malta, akkumpanjati minn żewġ żgħażagħ, jistgħu jidħlu b’xejn.

Il-viżitaturi l-oħrajn iħallsu prezz imraħħas ta’ €2. Iktar tagħrif jinkiseb mill-website tal-aġenzija, www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, iI-Kunsill Lokali Paola ser ikun qed itella’ żewġ attivitajiet.  L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ MICKEY. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali…

Attivita'

The 4th lecture in the Malta Libraries’ lecture series ‘Discoveries from the Past: Promoting Research Findings’ at the National Library of Malta is a 2 session lecture organized in collaboration…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Aktar