Attivitajiet Kulturali
Skopri l-ġmiel uniku tal-Antartika ma’ Heritage Malta

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja.

Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika huwa l-uniku kontinent illi baqa’ pjuttost mhux mittiefes mill-bniedem. Infatti, il-popolazzjoni tiegħu tikkonsisti biss minn ftit eluf ta’ xjenzati. Għall-kuntrarju tal-Artiku fit-Tramuntana, teżisti art xotta taħt is-silġ tal-Antartika. Dan il-kontinent huwa mogħni b’xenarju uniku, ekosistemi distinti u huwa wieħed mill-postijiet fid-dinja fejn wieħed jista’ jammira tassew żoni fi stat naturali.

Fil-bidu tal-2018, John Joseph Borg, Kuratur Anzjan tal-Mużew Nazzjonali tan-Natura fl-Imdina, ipparteċipa fi spedizzjoni f’dawn l-oċeani tan-nofsinhar li telqet minn Ushuaia fl-Arġentina u żaret Islas Malvinas (Gżejjer ta’ Falkland), in-nofsinhar ta’ Georgia u ta’ Shetland, u l-Peninsula Antartika.

Numru kbir ta’ għasafar tal-baħar ta’ kull qies, eluf ta’ pingwini, u bosta speċi ta’ baleni u foki ġew dokumentati. Wara 20 ġurnata fuq il-baħar, il-parteċipanti tal-ispedizzjoni rritornaw lejn Ushuaia b’informazzjoni estensiva.

Nhar it-Tlieta, 18 ta Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal taħdita fejn is-Sur Borg se jkun qed jaqsam l-esperjenzi tiegħu waqt il-vjaġġ ta’ esplorazzjoni lejn l-Antartika.

Post: Activity room (sular t’isfel) fil-Mużew Nazzjonali tan-Natura fl-Imdina.

Ħin: 6.30pm. Dħul b’xejn.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jorganizza attività ta’ spettaklu, kultura, tradizzjonijiet, esebizzjonijiet ta’ arti u fotografija, varjetà ta’ attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħamis li ġej, 25 t’April, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għas-sitt sessjoni Milk in the 17th and 18th Century Malta, li se tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Waqt dan l-avveniment,…

Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Aktar