Attivitajiet Kulturali
Skopri l-wirt storiku Ruman ma’ Heritage Malta

Tul is-600 sena tal-ħakma Rumana, Malta għaddiet minn perjodu ta’ prosperità u dan għadu rifless fil-fdalijiet arkeoloġiċi.

Heritage Malta se tesplora tliet siti mill-perjodu Ruman fl-istorja ta’ Malta b’mixja gwidata li se tiffoka fuq l-effett tal-kultura Rumana fuq il-gżira. Il-parteċipanti se jingħataw ħjiel kif kienet il-ħajja fil-belt (Domvs Romana), fil-kampanja (Ta’ Kaċċatura) u fil-mewt u t-twemmin tal-ħajja wara l-mewt (Abbatija tad-Dejr).

L-ewwel żjara se tkun f’Ta’ Kaċċatura f’Birżebbuġa. Dan is-sit mhux magħruf ħafna u dan għen biex is-sit jibqa’ preservat. Il-villa Rumana f’Ta’ Kaċċatura hija waħda mill-aktar importanti minħabba l-post fejn tinsab kif ukoll għax hija viċin siti storiċi oħrajn minn perjodi differenti.

Hija wkoll l-unika villa li għad għandha l-ġiebja maqtugħa fil-blat u hija aċċessibbli. F’dan is-sit hemm ukoll partijiet minn fdalijiet li kienu jintużaw għat-tagħsir taż-żebbuġ li jindika li din l-industrija kienet waħda importanti matul il-perjodu Ruman.

Bla dubju l-aktar dar Rumana magħrufa hija d-Domvs Romana anke jekk fuq wara tagħha hemm fdalijiet ta’ djar ferm inqas lussużi u jitfgħu dawl kif kienet il-ħajja fil-belt, kemm għas-sinjuri kif ukoll għal dawk ta’ livell inqas ta’ għixien. Għalkemm din l-attivitá tinkludi żjara f’din id-dar Rumana, l-attenzjoni se tingħata fuq il-fdalijiet li hemm fuq wara tad-dar. Kemm hemm djar? U l-fdalijiet xi ħjiel jitfgħu fuq dik l-epoka?

Il-katakombi fl-Abbatija tad-Dejr huma fost l-aktar katakombi kumplessi u eleganti. Intużaw għal ħafna snin u għalhekk huma importanti għall-istorja tal-aħħar tal-perjodu Ruman u dak Biżantin kif ukoll għas-sekli ta’ wara.

Din l-attivitá se ssir nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar. Il-parteċipanti jiltaqgħu faċċata tal-lukanda Phoenicia fid-8.45am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti kollha ta’ Heritage Malta jew online.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar