Kultura
Skopri t-teżori li fih il-Palazz tal-Granmastru bla ħlas nhar il-Ġimgħa

L-Armerija u l-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Granmastru se jkunu miftuħin bla ħlas għall-viżitaturi nhar il-Ġimgħa, festa pubblika.  Heritage Malta se tagħti din l-aħħar opportunità lill-Maltin u t-turisti biex iżuru wkoll il-wirja li qed tittella’ bħalissa fis-Sala tal-Pranzu u fis-Sala tat-Tron – Picasso and Miro’: The Flesh & the Spirit – li se tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Ġunju.

Il-Palazz tal-Granmastru kien fost l-ewwel postijiet mibnija mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta lejn l-aħħar tas-Seklu 16.  Matul is-snin, il-Palazz tkabbar u ssebbaħ sakemm ħa l-forma strutturali preżenti.  Serva wkoll bħala l-kwartieri tal-Granmastru, tal-Kmandanti tat-Truppi Franċiżi, tal-Gvernaturi Ingliżi u tal-Presidenti tar-Repubblika ta’ Malta.

L-Armerija fiha l-akbar kollezzjonijiet ta’ armi u armaturi li għadhom esebiti fil-binja oriġinali tagħhom, filwaqt li l-Kmamar Statali huma mżejna b’pitturi Barokki tas-Seklu 18 u oġġetti li ngħataw minn mexxejja diversi li jmorru lura minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann sal-lum.  Is-Sala tal-Arazzi għandha l-uniku sett ta’ arazzi komplut fid-dinja tas-Sekllu 18 tal-French Gobelins, intitolat Les Teintures des Indes.

Se jsiru żewġ żjarat bi gwida nhar il-Ġimgħa li jibdew fl-10.30am u fis-2pm.  Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu mid-9am ‘l quddiem, bl-aħħar dħul isir bejn l-4pm u l-4.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Għalkemm nafu nemmnu li l-antenati antiki tagħna kienu differenti ħafna minna, il-bżonnijiet fundamentali fiżjoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom aktarx kienu pjuttost simili. Dan hu mfassal b’mod grazzjuż fl-istatwetta preistorika li turi…

Kultura

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Dr Steve Borg se jagħmel taħdita dwar ir-riċerka li ppubblika f’żewġ volumi ta’ kotba, Il-Maltin: Għemilhom,…

Wirja

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn…

Wirja

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ għall-pubbliku bla ħlas. L-esebiti ġewwa dan il-mużew ikopru żmien twil li jibda mill-Perjodu Neolitiku (5,200 QK) u…

Aktar