Edukazzjoni
Is-Soċjetà Mużikali tal-Ġilju b’korsijiet varji għal kulħadd

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni mas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdanha, riċentement ikkonvertiet waħda mis-swali li jinsabu fis-sede tagħha fil-Pjazza tal-Imqabba f’sala informali tal-lectures sabiex takkomoda korsijiet spirati minn edukazzjoni vokazzjonali, primarjament intiżi għal studenti lokali bil-għan li jiksbu ċertifikazzjoni rikonoxxuta f’ambjent familjari għalihom minn għalliema professjonali li trabbew magħhom tul is-snin.

Il-korsijiet, miftuħa għal kulħadd u mingħajr ħlas, ser jibdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar 2018 għal tliet xhur sa Marzu 2018. Formoli t’applikazzjoni jistgħu jinġabru u jiġu rritornati mimlija lill-membri tal-Kumitat sa mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta’ Jannar 2018. Il-korsijiet ser ikunu mqassma hekk kif ġej:-

Kors A: An Induction to Archiving: Documenting the Corporate Memory of the Association

Is-Sur Charles Farrugia: Lettur/ Masters fl-Istorja; Masters fl-Arkivjar

L-Erbgħa filgħaxija; Sitt sessjonijiet ta’ sagħtejn kull waħda.

Kors B: Getting Started: Musical Instrument Tuition

Is-Sur Michael Ghigo: Għalliem/ B. Ed. (Hons.) bi speċjalizzazzjoni fl-Accounting u Marketing

Is-Sibtijiet filgħodu; Erbgħa sessjonijiet ta’ tliet sigħat kull waħda

Kors Ċ: The Essentials of Sound Engineering and Video Editing

Is-Sur Joseph Zammit: Lettur/ B. Ed. (Hons.) bi speċjalizzazzjoni fit-Technical Design u Technology; Digital Marketing Ext. Prof. Dip.

It-Tnejn filgħaxija; Sitt Sessjonijiet ta’ sagħtejn kull waħda

Kors D: An Introduction to Digital Marketing

Mr. Joseph Zammit: Lettur/ B. Ed. (Hons.) bi speċjalizzazzjoni fit-Technical Design u Technology; Digital Marketing Ext. Prof. Dip.

It-Tnejn filgħaxija; Sitt Sessjonijiet ta’ sagħtejn kull waħda

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79685091 jew fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru, Inizjamed se torganizza d-dsatax -il Palk Ħieles tagħha.  Wasalna biex noħorġu mill-addolexxenza, imma d-darsa tal-għaqal għadna ma qlajnihiex.  Din id-darba se nintasbu ġewwa l-Gażin Vilhena,…

Edukazzjoni

Fil-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena, Mario Azzopardi, id-drammaturu, poeta, edukatur u ġurnalist kulturali magħruf, se jidher f’attività li ġiet imħejja għalih bħala r-rebbieħ tal-Premju għal Kontribut Siewi…

Edukazzjoni

Il-mod kif il-mużi jistgħu jgħinuna nifhmu u napprezzaw aħjar il-kunċetti tal-liġijiet u l-ġustizzja se jkun is-suġġett li ta’ diskors interessanti mill-Imħallef Silvio Meli. Din il-lecture qed tkun organiżżata mill-Malta Law…

Edukazzjoni

Hu kkalkulat li aktar minn 28,000 persuna ċċelebraw il-Lejlet tar-Riċerkaturi Ewropej matul il-festival Science in the City li sar il-Ġimgħa filgħaxija u b’hekk sal-lum sar l-aktar edizjoni ta’ suċċess. Eluf…

Aktar