Teatru
Spazju Kreattiv iniedi l-Programm 2018/2019

Il-programm huwa bbażat fuq it-tliet temi ewlenin ta’ Spazju Kreattiv – identità, diversità u eredità.

Il-mistiedna nġabru fi Spazju Kreattiv nhar is-Sibt filgħaxija fl-okkażjoni tat-tnedija tal-programm eċitanti u divers tal-2018/2019 tiegħu. B’aktar minn 200 persuna kreattiva jikkollaboraw fih, il-programm jibni fuq programmi u kollaborazzjonijiet preċedenti, u jinkludi għażla ta’ rappreżentazzjonijiet, arti viżiva, wirjiet ċinematiċi u residenzi għall-artisti.

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai tkellem waqt it-tnedija u qal: “Aħna kburin li bnejna fuq dak li nkiseb fi snin preċedenti, filwaqt li żammejna l-post ta’ Spazju Kreattiv bħala l-katalist nazzjonali għall-kreattività.”

Il-programm se jinkludi madwar 21 esibizzjoni, 20 rappreżentazzjoni, u 400 wirjiet fiċ-ċinema, kif ukoll il-Festival ŻiguŻajg għat-tfal u ż-żgħażagħ. Dawk li għandhom it-teatru għal qalbhom, b’mod partikolari, se jgawdu minn żewġ koproduzzjonijiet ta’ Spazju Kreattiv f’dan l-istaġun, fosthom De-Terminated, li hija miktuba u diretta minn Herman Grech, dwar is-suġġett tal-abort f’Malta, u Repubblika Immakulata ta’ Dù Theatre.

Matul it-tnedija, tkellem ukoll id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant li qal: “Huwa permezz ta’ kollaborazzjonijiet fit-tul, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, li rnexxielna noħolqu dan il-programm eċitanti. Ninsabu ħerqanin li nkomplu dan ix-xogħol f’din is-sena li ġejja u fis-snin ta’ wara.”

Fil-fatt, l-2019 se tara progress kbir fil-portafoll internazzjonali ta’ Spazju Kreattiv, minħabba li se jkun qed jipparteċipa fil-Biennale ta’ Ostrale fil-Ġermanja is-sajf li ġej. “Wara l-kollaborazzjoni tagħna ma’ Ostrale bħala parti mill-programm 2017/2018, artisti minn Malta se jkollhom l-opportunità li jkollhom xogħolhom inkluż f’dan il-biennale għall-arti kontemporanja fil-Ġermanja,” ikompli Dr Sant. “Bħalissa qed nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex nippreżentaw xogħol minn madwar 15-il artist u ninsabu ħerqana li naraw ir-riżultati s-sena d-dieħla.”

Sadanittant, fuq is-suġġett tal-internazzjonalizzazzjoni, il-programm Artisti f’Residenza beħsiebu jkompli u se jara lil Spazju Kreattiv jospita seba’ artisti internazzjonali minn postijiet ’il bogħod bħall-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Kanada. Se jaħdmu f’Malta u Għawdex f’diversi dixxiplini.

“Kif jixhed dan il-programm, Spazju Kreattiv ikompli jikber u jiżviluppa,” jgħid Dr Sant. “Aħna ninsabu kuntenti li nippreżentaw ukoll aġġornamenti ġodda lill-bini nnifsu, b’ħafna xogħol li sar matul is-sajf.

“Ninsabu verament kburin b’dan il-programm divers, inklussiv u eċitanti, u ninsabu ħerqana li l-udjenzi jesperjenzawh,” żied jgħid.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

“Id-Driegħ t’Alla” huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Aniċi se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018. Dan huwa dramm…

Teatru

F’din il-ħarifa, Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ The Rubberbodies Collective, se jippreżentaw id-debutt ta’ xogħol teatrali dokumentattiv bejn it-12 u t-18 t’Ottubru. NASSABA – Song of a Bird, miktub minn Jimmy…

Teatru

Kunċett u Marinton kienu tewmin. Stenna ftit, xejn taħseb li għax b’tewmin  kienu jixxiebħu. Meta kienu żgħar kienu wiċċ wieħed, iżda issa, li qabżu s-sittin, Kunċett u Marinton saru qishom…

Teatru

Unifaun Theatre Company will be hosting the long-awaited performance of this once-banned play. The play has been known to generate controversy among theatre-goers, but staging it is an act in…

Aktar