Attivita'
Spettaklu ta’ nar fil-Marsa – “Magic in the air and Tower of fire”

Is-Sezzjoni Nar fi ħdan l-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità tal-Marsa  għaddejja bl-aħħar preparamenti tagħha biex tippreżenta spettaklu piromużikali bl-isem ta’ “Magic in the air and Tower of fire”, u dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin jiġu organizzati fl-okkażjoni tal-festa titulari tas-SSma Trinità ċċelebrata fil-Parrocca Matrici tal-Marsa.

Din mhix  l-ewwel darba li l-Parrocca tas-SSma Trinità tal-Marsa se tkun qiegħda toffri spettaklu pirotekniku uniku.

“Magic in the air and Tower of fire” għandu joffri spettaklu ta’ 10 biċċiet b’mużika sinkronizatta man nar tal-art u l-ajru, b’taħlita sħiħa ta’ kuluri minn fuq torri ta’ 36 metru u medda ta’ 50 metru. Apparti li se tkun esebizzjoni oħra artistika ta’ talent pirotekniku Malti maħdum minn Pyro Master Team kif ukoll mill-kamra tan-nar ta San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ.

L-attività se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Mejju f’12am.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tal-11-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju, issa jmiss lil…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, sitt produzzjonijiet qosra ser ikunu qed jitellgħu ġewwa Bormla fl-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival. Dawn is-sitt plays, ta’ 20 minuta…

Attivita'

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u…

Attivita'

Heritage Malta qiegħda tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sigur u trankwill bejn is-Sibt 11…

Aktar