Attivita'
Stedina għal vjaġġ artistiku u attività fiżika f’siti u mużewijiet

Heritage Malta tħabbar li ser jerġa jibda l-programm popolari tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti biex tkompli tiżdied l-aċċessibiltà għall-wirt kulturali.

Dan il-Programm li jara l-bidu tiegħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020 u jintemm il-Ħamis, 17 ta’ Settembru 2020, jinkludi attivitajiet varji artistiċi u fiżiċi li se jsiru fis-siti ta’ Heritage Malta.

Studenti mill-età ta’ 6 sa 10 snin huma mistiedna jattendu għas-sessjonijiet Art Blast:

Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu – fil-21 ta’ Lulju u l-25 t’Awwissu.

MUŻA, Valletta fit-30 ta’ Lulju u l-5 t’Awwissu.

Il-Katakombi ta’ San Pawl, ir-Rabat fit-12 t’Awwissu u s-17 ta’ Settembru.

Ġgantija, Xagħra, Għawdex fit-3 ta’ Settembru. Is-sessjonijiet ser isiru bejn l-10.00a.m. u l-11.00a.m.

L-istudenti li għandhom bejn l-10 u l-15-il sena huma mistiedna jattendu għall-Attivitajiet Fiżiċi fil-Forti Sant’Anġlu fit-22 ta’ Lulju, 20 t’Awwissu u l-11 ta’ Settembru.

Dawn is-sessjonijiet kollha jsiru bejn l-9.00a.m. u l-10.00a.m.

Titħallas €5 donazzjoni għal kull attività. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta jew online fuq https://shop.heritagemalta.org/

Dawk l-istudenti li laħqu kkollezzjonaw it-timbri kollha fil-Passaport ta’ Heritage Malta jistgħu jattendu għal dawn l-attivitajiet bla ħlas.

Għal aktar tagħrif, żur www.heritagemalta.org/passport/ or jew ċempel 22954360.

F’każ ta’ diffikultà wieħed qe djiġi mitlub jibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Attivita'

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Attivita'

100 trees have been donated by Mellieħa Local Councillor Ivan Catillo to NGO GHKNK and are set to be planted this Sunday in l-Aħrax tal -Mellieħa. The initiative forms part of…

Aktar