Attivitajiet Kulturali
Stejjer tal-Waħx fil-Forti Sant’Anġlu

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja twila tiegħu.

Fost l-istejjer li se jkunu animati f’Sant’Anġlu nsibu l-leġġenda tas-Sinjura l-Griża, l-isparar tal-irjus tas-suldati Ottomani fl-Assedju l-Kbir u l-istorja ta’ Fra Giovanni Francesco di San Clement – l-uniku kavallier magħruf li nqatel fil-forti wara li ngħata s-sentenza tal-mewt.

Din l-attività, li se ssir il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju fis-7.30pm, se tkun miftuħa għal numru limitat ta’ viżitaturi u dawk li se jattendu jridu jkunu minn 16-il sena ‘l fuq.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb minn heritagemalta.org jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

‘Il-Villaġġ Malti’ –  ir-raba’ simpożju organizzat minn Wirt iż-Żejtun se jkun qiegħed iqajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-valuri kulturali u jfiehem aħjar il-formazzjoni u l-karatteristiċi tal-ibliet u tal-irħula Maltin. Numru ta’…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Aktar