Attivitajiet Kulturali
Stejjer tal-waħx fl-Imdina

Heritage Malta se torganizza tour animat ibbażat fuq misteri u stejjer tal-waħx imħawra mal-istorja tal-Imdina.

L-istorja tal-belt kapitali l-antika ta’ Malta tmur lura eluf ta’ snin u hija eżempju eċċellenti ta’ belt iffortifikata. Il-parteċipanti se jimxu mat-toroq dojoq tal-Imdina u se jiltaqgħu ma’ karattri misterjużi. Minħabba l-istorja passata tagħha, l-Imdina, il-belt siekta, hija mdawra b’ħafna misteri u din l-attivitá se toffri eċċitament lil dawk preżenti.

Din l-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu u tibda fis-7pm mill-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali. Wara t-tour ikun hemm bibita fl-istess mużew li jinsab fil-Palazz Vilhena u jsir ukoll tour speċjali dwar il-kollezzjoni nazzjonali ta’ dan il-mużew.

L-attività se tkun miftuħa għal numru limitat ta’ viżitaturi u dawk li se jattendu jridu jkunu minn 16-il sena ‘l fuq. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online,  jew mis-siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar