Attivita'
Strument mużikali li jindaqq bla ma jintmiss

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru, il-Gran Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija se jservi bħala sfond għal lejla mużikali mhux tas-soltu minn waħda mill-iprem mużiċisti tat-thermin, Carolina Eyck. Dan l-avveniment qed jiġi organizzat minn Electronic Music Malta b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta u Black Box Pro, u hu sponsorjat mill- German-Maltese Circle u minn Goethe Institute.

It-theremin huwa strument mużikali pjuttost uniku peress li jindaqq mingħajr qatt ma jiġi f’kuntatt fiżiku mal-mużiċista. Jaħdem b’mod elettroniku u jipproduċi ħoss meta l-mużiċista ddaħħal idejha fil-kamp elettromanjetiku tal-istrument. Il-ħoss tat-theremin spiss jiġi kkomparat ma’ twerżiq jew tinwiħ, u kapaċi joħloq atmosfera stramba li tqanqlek.

L-istrument huwa msemmi wara l-inventur tiegħu Russu, Lev Sergeyevich Termen, jew Léon Theremin kif inhu magħruf fl-Istati Uniti. Meta Theremin ħareġ b’din l-invenzjoni għall-ewwel darba fl-għoxrinijiet, qajjem sensazzjoni kbira. L-istrument intuża għall-mużika ta’ ċerti films popolari, fosthom ‘Spellbound’ ta’ Alfred Hitchcok li ħareġ fl-1945.

F’dan l-avveniment, il-mużiċista u kompożitriċi Ġermaniża-Sorba, Carolina Eyck, se ssemma’ mużika mill-album ġdid tagħha ‘Elegies for Theremin & Voice’. Dan il-kunċert qed jiċċelebra l-ħruġ ta’ dan l-album filwaqt li jikkommemora l-100 anniversarju mill-invenzjoni tat-theremin. L-album għandu kompożizzjonijiet oriġinali u improvizzati ta’ Eyck. Il-kunċert se jutilizza ‘surround sound system’ sabiex il-mużiċista tkun tista’ ddoqq liberament u timla l-ispazju, f’sinkronizazzjoni mal-movimenti tagħha.

Yasmin Kuymizakis, kantanta u kompożitriċi Maltija, aktar magħrufa bħala YEWS, se jiftaħ din is-serata bi prestazzjoni qasira tiegħu.

Ħin: Il-bibien jinfetħu fis-7.15pm

Prezz: €10 adulti, €7 għall-membri ta’ Heritage Malta u ta’ Electronic Music Malta, u għall-istudenti. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jew online.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija jinsab fi Triq ir-Repubblika, il-Belt.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru, Heritage Malta se tkun qed tittrasforma lil Forti Sant Anġlu f’villaġġ uniku tal-Milied għal dan l-istaġun ferrieħi. Il-pubbliku se jkun jista’ jżur…

Attivita'

FinanceMalta se torganizza l-aħħar avveniment tagħha tal-BlockFinance għall-2019 u fih se tagħti ħarsa mill-qrib lejn is-Security Token Offerings (STOs). Organizzat b’kollaborazjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Blockchain u sponsorjat minn Gonzi & Associates,…

Attivita'

Taf kemm hemm eżemplari u speċi differenti ta’ għasafar fil-kollezzjonijiet tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ġewwa l-Imdina? Qatt kellek kurżità biex issir taf minn fejn ġew dawn l-għasafar u x’informazzjoni jistgħu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ it-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien bla ħlas għall-pubbliku. Dawn it-tempji antiki li nbnew bejn it-3600QK u l-2500QK huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji…

Aktar