Attivitajiet Kulturali
Ta’ Xbiex se jiċċelebra l-Karnival b’karrijiet u żfin

Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ser jorganizza ir-raba’ edizzjoni tal-‘Karnival fil-Marina’, nhar it-Tnejn 12 ta’ Frar mill-5pm ‘il quddiem fil-parkeġġ tal-Yacht Marina f’ Ta’ Xbiex.

Din l-attività hija meqjusa bħala waħda oriġinali li tgħaqqad u tiġbor flimkien nies minn kull età pemezz ta’ villaġġ tal-Karnival uniku.

Għal din l-attività ser jispikkaw karrijiet żgħar, maskri grotteski, ħafna skejjel taż-żfin, animaturi u bosta ħwejjeġ u sorpriżi oħra. Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex jinkoraġġixxi l-familji Maltin u Għawdxin, speċjalment ir-residenti u dawk li joqogħdu fil-madwar sabiex iġibu t-tfal tagħhom bil-kostumi tal-karnival u jgawdu l-spettaklu li din il-lokalità qed toffri wkoll.

L-entratura hija mingħajr ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin. Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Aktar