Informazzjoni
Taħdita dwar il-Flotta Ġappuniża f’Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija

Lekċer għall-pubbliku bl-isem ‘Gwardjani tal-Mediterran: il Flotta Ġappuniża f’Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija’ ħa tingħata mill-Professur Sochi Naraoka mill-Università ta’ Kyoto fi-Ġappun.

Din is-sena tfakkar il-mitt sena anniversarju ta’ meta il-flotta navali Ġappuniża ntbgħatet biex tgħin lill-forzi Brittaniċi fit-taqbida tagħhom fil-Mediterran. B’tifkira ta’ din l-okkażjoni storika, ħa jkun hemm lekċer biex tispjega dawn l-avvenimenti lill-pubbliku.

Il-lekċer bl-Ingliż ħa sseħħ f’ Lecture Theatre 2 (wara l-librerija) tal-Università ta’ Malta fil-kampus tal-Imsida it-Tnejn 27 ta’ Novembru fis-6pm. Dħul huwa mingħajr ħlas u ma hemmx bżonn tirriserva il-post tiegħek. Iktar informazzjoni mill-paġna uffiċjali tal-lekċer fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta’ ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcards,…

Informazzjoni

Wara kważi 50 sena minn meta ħareġ għall-ewwel darba r-rumanz  magħruf ta’ Nicholas Monsarrat fl-1973, ‘The Kappillan of Malta’, issa se jiġi ppubblikat għall-ewwel darba bil-Malti. It-traduzzjoni saret minn Wistin…

Informazzjoni

Il-Malta Society of Arts se tkun qed toffri aktar minn tletin kors fl-Arti Viżiva, Applikata u tal-Ispettaklu li se jibdew fl-aħħar ta’ Jannar 2018 L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-Malta Society of Arts…

Informazzjoni

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tistiednek iżżur l-20 edizzjoni Tal- Wirja Tradizzjonali tal-Milied Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta Bejn it-13 ta’ Diċembru 2017 u…

Aktar