Attivita'
Taħdita dwar il-kappelli u l-knejjes żgħar minn Anthony M Brincat

Se ssir taħdita minn Anthony M Brincat nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April fis-7pm.  It-taħdita se ssir fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Anthony M Brincat kellu karriera ta’ Edukatur u rtira bħala Kap ta’ Skola.  Hu qed jagħmel ħafna riċerki dwar il-kappelli u knejjes żgħar fil-Gżejjer Maltin. Huwa kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda Ħbieb il-Kappelli Maltin li tagħha huwa President Onorarju.

Is-sur Brincat se jagħti taħdita dwar Kappelli u Knejjes żgħar fil-Gżejjer Maltin. Se naraw meta u għalfejn inbnew, l-istorja u l-arkitettura tagħhom, dedikazzjoni, tradizzjonijiet u leġġendi marbuta magħhom.

Din l-attività qed tittella’ mill-Għaqda Filantropika Talent Mosti, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Skolastiku ta’ l-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.  Għal aktar tagħrif żuru www.talentmosti.com jew Facebook: Razzett tal-Markiż

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar