Diskussjoni
Taħdita dwar il-kollezzjoni tal-istorja naturali ta’ pajjiżna u l-preservazzjoni tagħha

Il-Kuratur Anzjan tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, John J. Borg, se jagħti ħarsa storika lejn il-ħolqien tal-kollezzjoni u t-tranżizzjonijiet li għadda minnhom il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali sal-lum taħt it-tmexxija ta’ Heritage Malta f’taħdita pubblika bl-isem ta’ ‘Nature behind glass’.

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jifhem aħjar il-kunċett ta’ dan il-mużew sa mit-twaqqif tiegħu sal-lum. L-istorja se tmur lura sa mit-twaqqif tal-Mużew Nazzjonali fil-Belt Valletta, il-konsegwenzi matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-perjodu ta’ wara l-gwerra sakemm twaqqaf il-mużew fl-Imdina fil-bidu tas-sebgħinijiet.

Se tingħata ħarsa wkoll lejn il-kollezzjoni, kemm dik passata kif ukoll tal-preżent, ir-riċerka, il-kollaborazzjoni u aspetti oħrajn li jsawru dan il-mużew. Minbarra hekk se jkun diskuss ukoll ir-rwol tal-kuraturi u l-voluntiera li kontinwament mhux biss jippreservaw il-kollezzjoni eżistenti iżda jaraw kif tista’ tissaħħaħ.

Din it-taħdita toffri opportunità lill-pubbliku jitgħallem dwar l-istorja tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u dwar ix-xogħol bla waqfien minn Heritage Malta relatat mal-istorja naturali ta’ pajjiżna.

It-taħdita se ssir fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fil-Palazz Vilhena nhar l-Erbgħa 6 ta’ Diċembru u tibda fis-7.00pm. Id-dħul huwa b’xejn u wara t-taħdita jkun hemm bibita.  Iktar tagħrif dwar Heritage Malta jinkiseb mill-website, www.heritagemalta.org, jew mill-paġna uffiċjali fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Diskussjoni

It-Tlieta 6 ta’ Novembru fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Sephora Francalanza se tagħmel taħdita pubblika mis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti dwar “L-Idjoma Brikkuna fil-Lirika ta’ Mario…

Diskussjoni

Are you interested in global wildlife? If yes, then come along to our upcoming Nature Meet-up at Salina Nature Reserve, that will discuss the plight of Puffins. This talk will shed…

Diskussjoni

Heritage Malta se torganizza seminar ta’ nofs ta’ nhar fuq il-frammenti tal-wirt kulturali bl-isem ta’ ‘Archaeological fragments and other sources of information’. Is-suġġetti ttrattati f’dan is-seminar jinkludu l-arkeoloġija fil-pre-istorja, fil-perjodu…

Attivita'

Se ssir taħdita minn Anthony M Brincat nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April fis-7pm.  It-taħdita se ssir fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Anthony M Brincat kellu karriera…

Aktar