Informazzjoni
Taħdita dwar l-istorja tal-forka f’Malta

Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru fis-6.30pm, Heritage Malta qed torganizza t-taħdita Judicial Hanging in Malta sabiex titfa’ aktar dawl fuq l-istorja tal-forka, partikolarment fil-perjodu Ingliż.

Din it-taħdita se ssir mill-Kuratur ta’ Heritage Malta, Matthew Balzan, fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina.

Sal-1971, il-piena kapitali kienet tifforma parti mill-Kodiċi Kriminali ta’ Malta. Minkejja l-użu ta’ diversi mezzi ta’ esekuzzjoni, fosthom il-qtugħ tar-ras, il-ħruq tan-nies ħajjin u l-fuċillazzjoni, l-iktar mod li bih kienu jiġu kkundannati l-priġunieri għall-mewt kien bit-tgħalliq.

Dan il-metodu makabru ta’ esekuzzjoni ġie mmodifikat matul is-snin, speċjalment mill-Ingliżi, li ppruvaw jagħmlu dan il-proċess ‘aktar uman’. Malta għandha wkoll waħda mill-ftit forok ta’ stil Ingliż li għadhom jeżistu ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Din intużat l-aħħar fl-1943.

Attendenza bla ħlas. L-avveniment huwa rrakkomandat għal individwi minn 16-il sena ‘l fuq.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Dr Maxine Anastasi and Dr Ing. John C. Betts from the Department of Classics and Archaeology, University of Malta, and Mr Francesco Fontanelli, Heritage Malta, will be giving the first…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Informazzjoni

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu,…

Aktar