Attivitajiet Kulturali
Taħdita fuq l-epika Ġifen Tork ta’ Ġan Anton Vassallo – x’verità hemm?

L-epika tal-Ġifen Tork ta’ Ġan Anton Vassallo kienet ġrajja li seħħet tabilħaqq. Kienet ġrajja unika u qanqlet lill-ewwel poeta kbir Malti jsensel l-ewwel epika tal-letteratura Maltija.

Il-fatti li uża kienu korretti imma kien hemm lok fejn niseġ u sawwar storja patrijottika għal żmienu. Il-ġrajja vera kienet mimlija kuraġġ u ċarċir ta’ demm flimkien ma’ wegħda lis-Santwarju tal-Mellieħa. Iżda fl-istess ġrajja nsibu azzarini tad-deheb, nisa tax-xogħol, ambaxxaturi maqtula u kursar li abbord kien iġib ruħu ħażin ħafna.

Dwar dan Liam Gauci se jagħmel taħdita pubblika bit-tema ‘Il-Ġifen Tork ta’ Ġan Anton Vassallo: Bejn il-Verità Storika u Verità Poetika’.

Liam Gauci hu il-kuratur tal-Mużew Marittimu ta’ Malta u ilu f’din il-kariga għal dawn l-aħħar għaxar snin. Dan l-aħħar ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu: In the name of the Prince – Maltese Corsairs 1760-1798. L-interess tiegħu fl-istorja marittima ta’ Malta tkopri speċjalment il-kursara Maltin tas-seklu 18 u dak bikri tas-seklu 19.

It-taħdita se ssir fis-Santwarju tal-Mellieħa nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar, fis-6.30pm.

Min jixtieq jattendi għandu jibgħat email fl-indirizz elettroniku: [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar