Arti, Diskussjoni
Taħdita pubblika dwar l-arti moderna f’Malta

L-arti Maltija u s-sensibbiltajiet moderni se jkunu t-tema prinċipali f’taħdita pubblika ospitata minn Heritage Malta fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni OTS. It-taħdita, Modern sensibilities in Maltese Art, se tkun indirizzata mill-Professur Joseph Paul Cassar.

Matul it-taħdita se tingħata ħarsa lejn il-bidu tal-arti moderna f’Malta kemm f’dik li hija pittura kif ukoll skultura. Se tingħata ħarsa lejn l-artisti pijunieri li ġabu din il-bidla kulturali u se jkunu analizzati l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam kemm dawk individwali kif ukoll dawk imwettqa fi gruppi.

Se jkunu rikonoxxuti wkoll l-isforzi mwettqa mill-artisti li marru kontra l-kurrent biex setgħet ġiet żviluppata din l-arti u tintegra fil-kuntest wiesgħa Ewropew kif ukoll fil-patrimonju Malti.

It-taħdita se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar u tibda fl-10.30am. Id-dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Spazju Kreattiv qed jistieden żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn it-13 u s-17-il sena biex jipparteċipaw fi proġett taż-żfin u tal-moviment maż-żeffiena u koreografa Gdalit Neuman bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju…

Arti

Jekk għandek xi kitba letterarja jew akkademika u tixtieq tippubblikaha f’rivista għandek l-opportunità li tagħmel dan. Il-Bord Editorjali ta’ Leħen il-Malti qed jaċċetta kitbiet bil-Malti għall-ħarġa li jmiss – is-37…

Arti

The Devil of the Brush hija esebizzjoni tal-arti mtellgħa mill-Professur Keith Sciberras. L-esebizzjoni li se ssir f’Palazzo Falzon se tiftaħ fl-10 ta’ Jannar u tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar is-7…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ wirja artistika ta’ Deborah Musù mis-Sibt 13 sas-Sibt 27 ta’ Jannar 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-Ħinijiet tal-wiri huma…

Aktar