Arti
‘Tandem’ – wirja figurattiva li tirrifletti l-bidliet staġjonali

Tandem hi wirja tal-arti, bħala parti mill-inizjativa tal-Ministeru għal Għawdex “Milied f’Għawdex”, minn Galina Troizky, imwielda r-Russja, u l-Malti Henry Alamango – illum it-tnejn joqogħdu Għawdex.

Wara li ggradwat f’Moska, Galina Troizky tellgħet wirjiet barra u f’pajjiżna – u pparteċipat f’wirjiet kollettivi f’diversi pajjiżi.  Henry Alamango, akkwarellist popolari ispirat minn kull m’hu mediterranju, ilu minn dejjem miġbud lejn Għawdex.

Tandem hi prinċipalment prodott tal-attività għall-arja, rappreżentazzjonijiet figurattivi tal-ambjent bil-bidliet staġjonali.

Tistgħu żżuru dil-wirja li se tinfetaħ mill-Professur Joe Friggieri l-Ħadd 2 ta’ Diċembru f’11.45am fil-Mużew Il-Ħaġar li jinsab fi Pjazza San Ġorġ, Victoria sat-13 ta’ Jannar 2019, mid-9am sal-5pm sebat ijiem fil-ġimgħa.

M’hemmx ħlas tad-dħul.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Samson is a Maltese national of Ethiopian origin best known as an actor, magician, musician and entertainer. His latest discovery is that of painting. Samson has been living in Malta…

Arti

Bernard Jageneau se jtella’ l-ewwel wirja tiegħu ta’ arti f’Għawdex. Fil-wirja li se tittella’ bejn il-15 u s-16 ta’ Diċembru wieħed jista’ jara pitturi magħmulin biż-żebgħa taż-żejt. L-artist ilu mal-50…

Wirja

Għat-tielet sena konsekuttiva ser issir l-attività Milied fil-Pjazza fil-pjazza ta’ Birżebbuġa. Fiha ser jinkiser rekord nazzjonali ieħor; dak tas-siġra tal-Milied. Is-siġra se tkun twila 15 il-metru u wiesgħa 6 metri….

Wirja

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed torganizza, għas-16-il sena konsekuttiva, il-Wirja Annwali tal-Presepji, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara. F’din il-Wirja ser ikun hemm…

Aktar