Attivita'
Tat-Tamal Fest fil-Ħamrun

Nhar is-Sibt li ġej fil-bitħa tal-Każin San Gejtanu se titella’ l-attività tradizzjonali ta’ qabel il-festa: ‘Tat-Tamal Fest’.

Din l-attività, li d-dħul għaliha huwa b’xejn, se ssir bis-sehem sħiħ tal-grupp popolari Airport Impressions, il-kantanti Petra Z u Tiziana Calleja, flimkien mad-DJ Pierre Cordina.

L-attività tibda fit-8.00pm u se jkun hemm stands bl-ikel u x-xorb. Kulħadd huwa mħeġġeġ li jattendi.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb importanti fis-sena, se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru b’konferenza dwar il-letteratura tal-fantaxjenza bl-isem ‘Strange New Worlds’. Il-konferenza se tkun organizzata mill-Kunsill…

Attivita'

Wara 100 sena minn twelidu, il-Belt Valletta se tħaddan fiha l-kommemorazzjoni ta’ wieħed minn uliedha; l-artist Esprit Barthet. Mwieled il-Belt fis-6 t’Ottubru 1919, Barthet għadu rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa artisti…

Attivita'

Jingħad li ż-żfin huwa l-lingwa tal-qalb u tar-ruħ. Il-bnedmin jiżfnu għal diversi raġunijiet – biex jagħtu gost, biex jiċċelebraw, biex jipprovokaw, biex jitfejjqu, biex juru ħilithom….. Imma l-moviment kif jieħu…

Aktar