Attivitajiet Kulturali
It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra miftuħin b’xejn fl-10 ta’ Frar

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn għall-pubbliku nhar is-Sibt 10 ta’ Frar, festa pubblika, it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Dawn iż-żewġ tempji huma nklużi fil-lista tal-wirt kulturali tal-UNESCO u huma fost l-eqdem imqades fid-dinja.

Fl-attività tal-10 ta’ Frar, minbarra d-dħul b’xejn, se jsiru wkoll żewġ żjarat bi gwida, wieħed fil-11.00am u l-ieħor fis-2.00pm. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità wkoll iżuru ċ-ċentru tal-viżitaturi u l-wirja 4D.

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim inbnew madwar 3600-3200QK u s-sit jikkonsisti f’binja ċentrali u fdalijiet ta’ mill-inqas żewġ strutturi oħrajn. It-tempji huma komposti minn kmamar forma tal-ittra Ċ, magħrufin bħala apsidi waqt li mal-ħitan ta’ barra wieħed isib l-ikbar megalitiċi li ntużaw għall-bini tat-tempji, bħal ġebla għolja 5.2 metri u megalitika tqila madwar 20 tunnellata.

Ta’ interess, matul l-iskavi ta’ dawn it-Tempji nstabu ġebel u statwetti tal-fuħħar ta’ figuri obeżi li jinsabu għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Waħda mill-kmamar preistoriċi għandha wkoll toqba li hija allinejata mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tal-istaġun tas-Sajf magħruf bħala s-solstizju tas-Sajf.

It-Tempji tal-Imnajdra jinsabu 500 metru ‘l bogħod mit-Tempji ta’ Ħaġar Qim. Dan il-kumpless huwa kompost minn tliet tempji madwar bitħa esterna ovali. L-eqdem struttura nbniet madwar 3600-3200QK segwita mit-Tempju tan-Nofsinhar mibni bejn 3150-2500QK u t-Tempju Ċentrali mibni bejn it-tnejn l-oħra. Fdalijiet fil-grigal u x-xlokk ta’ dawn it-tempji jindikaw li dawn it-tliet tempji baqgħu l-aktar preservati minn kumpless akbar. It-Tempju tan-Nofsinhar huwa allinejat mat-tlugħ ix-xemx tal-ewwel jum ta’ kull staġun.

Għal iktar tagħrif żur il-website ta’ Heritage Malta, www.heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Aktar