Reliġjon
Terġa’ tinħareġ il-Madonna taċ-Ċintura f’Ħal Luqa wara nuqqas ta’ bosta snin

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal.

Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din il-vara terġa’ tibda tinħareġ f’purċissjoni u din is-sena, l-awtoritajiet tal-Knisja, taw il-permess biex issa x-xewqa tal-Luqin saret realtà.

Il-permess inħareġ fl-okkażjoni tat-tielet ċentinarju mit-twaqqif tal-Fratellanza ddedikata lil Madonna taċ-Ċintura.

Nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu se tkun qed issir adorazzjoni u velja marjana fl-okkażjoni ta’ dan iċ-ċentinarju.

L-għada, il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, fit-8:30am se ssir quddiesa kantata tal-festa fil-Knisja Parrokkjali biex fid-9:30am joħroġ pellegrinaġġ bix-xbieha għażiża tal-Madonna taċ-Ċintura bis-sehem tal-fratellanzi u l-kleru tal-Parroċċa.

Il-Pellegrinaġġ jintemm fil-Knisja Parrokjali fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019 jingħata bidu għal disgħa t’ijiem ta’ Novena ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba. In-Novena tiftaħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fil-5:30pm bir-reċita tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni u tingħata l-Barka…

Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu, ix-xbieha pellegrina se tkun qiegħda tintlaqa’ fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat lil Ommna Marija. L-Inkwadru jasal l-Erbgħa 9 t’Ottubru fit-8.00pm, meta…

Reliġjon

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu. Il-figura…

Reliġjon

Minħabba t-temp mux daqshekk stabbli tal-bieraħ filgħaxija, kellha titħassar il-purċissjoni tas-Salib, hekk magħrufa bħala l-puriċssjoni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara. Din issa ġiet posposta għal għada l-Ħadd filgħodu, fejn wara l-quddies…

Aktar