Attivita'
Tikber kemm tikber il-ħajja tibqa’ logħba tiddependi mix-xorti – attività ta’ logħob tradizzjonali

Ir-Rulina hija r-rota fil-fieri li ddur u ddur u daqqa tiġik tajba, u daqqa le. Kultant il-ħajja qisha logħba, fejn kollox jiddependi mix-xorti. Rulina huwa proġett artistiku oriġinali ispirat mid-dinja tal-logħob tat-tfal li se jġiegħel lill-viżitaturi jirriflettu dwar temi attwali fejn għalkemm naħsbu li kbirna għal dawn l-affarijiet, ħajjitna baqgħet logħba tiddependi mix-xorti. Rulina, li daħlet fil-kalendarju kulturali ta’ Valletta 2018, hija esperjenza ta’ mużika, letteratura u żfin bis-sehem ta’ tmienja u għoxrin mużiċist fuq strumenti tradizzjonali tal-banda. Din l-attivitá se tittella’ nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju fil-bitħa imponenti tal-Palazz Vilhena fl-Imdina.

Rulina se jiffoka fuq erba’ logħbiet popolari li huma Dawra Durella, Pizzi Pizzi Kanna, iż-Żunżana Ddur Iddur u Kastig u permezz tagħhom se żżewweġ dak li hu tradizzjonali ma’ element kontemporanju. Permezz ta’ letteratura mexxejja miktuba għall-okkażjoni flimkien ma’ mużika oriġinali u żfin kontemporanju, dawk preżenti se jirriflettu dwar id-dinja li qegħdin ngħixu fiha, il-ġenn tal-ħajja u saħansitra l-mewt.

Rulina huwa proġett imtella’ mill-Għaqda Mużikali San Leonardu, b’appoġġ finanzjarju ta’ Valletta 2018 u l-kontribut tas-Sezzjoni tal-Etnografija fi ħdan Heritage Malta dwar il-logħob tradizzjonali.

Se jsiru żewġ rappreżentazzjonijiet ta’ Rulina nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju fit-8.30pm u d-9.30pm fil-Palazz Vilhena (Muzew Nazzjonali tal-Istorja Naturali) l-Imdina. L-attendenza hija limitata u d-dħul se jkun mingħajr ħlas.

Għal iktar tagħrif żuru l-paġna ta’ Rulina fuq facebook jew ċemplu fuq 79867165.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tal-11-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju, issa jmiss lil…

Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, sitt produzzjonijiet qosra ser ikunu qed jitellgħu ġewwa Bormla fl-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival. Dawn is-sitt plays, ta’ 20 minuta…

Attivita'

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u…

Attivita'

Heritage Malta qiegħda tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sigur u trankwill bejn is-Sibt 11…

Aktar