Informazzjoni
Tindifa oħra b’suċċess mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex

Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex organiżża cleanup ohra b’suċċess.  Huma ngħaqdu ma’ “Get Trashed Malta” u St. John Rescue Corps biex imexxu din l-operazzjoni taħt il-bahar il-Ħadd 26 ta’ Novembru fid-disgħa ta’ filgħodu bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart.

Bughaddasa, snorkelers u diversi voluntiera ħadu sehem f’din l-inizjattiva u kollha ħadmu biex jiġbru l-iskart mill-qiegħ tal-baħar. Ġew miġbura tliet skips mimlija ta’ skart u dan kien jikkonsisti kemm f’zibel kif ukoll f’materjal riċiklabbli.

Din kienet it-tieni cleanup b’suċċess li fiha ħa sehem il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex wara dik organizzata b’kollaborazzjoni ma’ “Let’s do it Malta” fis-16 ta’ Settembru fejn ġiet indirizzata l-bajja.

Ser jiġu organizzati aktar cleanups fil-futur qarib biex ikomplu jipproteġu din il-lokalità.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta’ ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcards,…

Informazzjoni

Wara kważi 50 sena minn meta ħareġ għall-ewwel darba r-rumanz  magħruf ta’ Nicholas Monsarrat fl-1973, ‘The Kappillan of Malta’, issa se jiġi ppubblikat għall-ewwel darba bil-Malti. It-traduzzjoni saret minn Wistin…

Informazzjoni

Il-Malta Society of Arts se tkun qed toffri aktar minn tletin kors fl-Arti Viżiva, Applikata u tal-Ispettaklu li se jibdew fl-aħħar ta’ Jannar 2018 L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-Malta Society of Arts…

Informazzjoni

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tistiednek iżżur l-20 edizzjoni Tal- Wirja Tradizzjonali tal-Milied Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta Bejn it-13 ta’ Diċembru 2017 u…

Aktar