Wirja
Tista’ tesplora l-wirja ‘Behind Closed Doors’ mill-kumdità ta’ darek…

L-entużjasti tal-istorja li ma rnexxilhomx iżuru l-wirja temporanja ta’ Heritage Malta bl-isem Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 ġewwa l-Forti Sant’Anġlu jistgħu jgawdu din l-esperjenza bil-kumdità kollha online – grazzi għat-360 walkthrough.

Din l-għodda tagħti l-opportunità lil kull min juża l-Internet sabiex iżuru l-wirja sħiħa ta’ Behind Closed Doors billi jesploraw kwalunkwe sezzjoni li jixtiequ fi ħdanha.

Matul is-sitt xhur li fihom kienet miftuħa l-wirja, bejn it-23 ta’ Marzu u t-8 ta’ Settembru, Behind Closed Doors: Fort St Angelo and the Royal Navy 1906-1979 attirat interess qawwi, b’madwar 34,000 persuna jżuru l-Forti, kif ukoll igawdu numru ta’ attivitajiet u avvenimenti, inkluż re-unions ta’ dawk li kienu impjegati mas-servizz Britanniku.

Din il-wirja, li ttellgħet b’tifkira tal-40 sena minn meta l-flotta navali Britannika telqet mill-Forti u minn pajjiżna, tagħti ħarsa iktar profonda dwar l-użu u l-irwoli ta’ Forti Sant’Anġlu waqt l-okkupazzjoni tal-flotta Britannika, inkluż l-użu navali tal-Forti, u t-tibdil strutturali li sar biex jakkomoda l-eżiġenzi ta’ dak iż-żmien.

Il-qofol tal-wirja, iżda, huma r-rakkonti personali ta’ eks uffiċjali tas-Servizzi Britanniċi li ħadmu fl-istess Forti waqt dan il-perjodu.

It-360 walkthrough tifforma parti minn kollezzjoni ta’ ‘l fuq minn 30 sit ta’ Heritage Malta li diġà jinsabu online fuq il-pjattaforma ta’ Google Arts & Culture. Dan jifforma parti mill-istrateġija ta’ Heritage Malta li tavvanza id-dinja kulturali u storika nazzjonali fiż-żmien modern u diġitali, filwaqt li tassigura aċċessibbilità akbar għal kulħadd.

Din l-inizjattiva hija possibbli grazzi għal ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u Dhalia Properties. It-360 walkthrough tal-wirja Behind Closed Doors hija disponibbli b’xejn fuq https://heritagemalta.org/behind-closed-doors/

Aħbarijiet Oħra
Wirja

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta “Xbihat fil-ġebla” – Esebizzjoni ta’ Arti Ikonografika minn Vincent Mangani bejn l-20 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2019, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,…

Wirja

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija. Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’…

Aktar