Attivitajiet Kulturali
Tista’ tgħix l-istorja militari fil-Forti Sant’Iermu bla ħlas nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd, il-Forti Sant’Iermu se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex iżur il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bla ħlas.  Heritage Malta se tagħmel dan fl-istess jum li fih Malta se tikkommemora l-għoti tal-George Cross lill-gżejjer Maltin.

Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jżuru wkoll il-wirja li ġiet inawgurata riċentament dwar il-familja ta’ artisti Schranz.  F’wirja oħra se jkunu esebiti dokumenti tat-Tieni Gwerra Dinjija u matul il-ġurnata se jkun hemm ukoll is-Suq Malti tal-Artiġġjanat fil-parti tal-Enciente.  Se jkun hemm ukoll esebizzjonijiet minn gruppi ta’ re-enactments minn epoki differenti, fosthom In Guardia, Legio X u Battlefront.

Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jattendu wkoll għal tliet żjajjar bi gwida, tnejn bil-Malti li se jsiru fid-9.30am u t-3.30pm u ieħor bl-Ingliż fis-1.30pm.  Il-Forti Sant’Iermu jiftaħ bejn id-9am u s-6pm.   Iktar tagħrif jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta – heritagemalta.org – jew mill-paġna ta’ facebook – facebook.com/HeritageMalta.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Attivitajiet Kulturali

Kuljum minbarra t-Tnejn, ħafna turisti u nies tal-lokal jinġabru fil-Pjazza tar-Repubblika f’Yerevan, l-Armenja, biex jaraw spettaklu ta’ żfin bl-ilma li jkun akkumpanjat minn stallazjonijiet ta’ dawl, filmati u mużika. Il-mużika…

Attivitajiet Kulturali

Il-ġimgħa d-dieħla bejn is-16 u l-20 t’April, se jiġi Malta l-Young Mixed Choir Inmmanuël biex itella’ żewġ kunċerti. Il-kunċerti jinvolvu mużika spiritwali li jvarjaw minn salmi tradizzjonali u gospel. Kunċert…

Attivitajiet Kulturali

Għal kważi ħamsin sena Victor Fenech ilu wieħed mill-poeti ewlenin ta’ pajjiżna. Mhux biss huwa poeta ta’ ħiliet lingwistiċi mill-aqwa, imma wkoll innovatur, li fost oħrajn introduċa l-poeproża fil-letteratura Maltija….

Aktar