Informazzjoni
Tista’ tirbaħ €2,000 f’rigali f’sejba għat-teżor fiż-Żejtun

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu, 2018 li tibda fis-6.00 p.m. minn Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor), iż-Żejtun, li f’din l-avventura hemm aktar minn €2,000 f’rigali x’jintrebħu.

Din l-avventura hi miftuħa għal kull età għall-Maltin u l-Għawdxin minn tfal sa adulti, li se tkun qed issir madwar it-toroq taż-Żejtun. Il-parteċipanti se jkollhom avventura mill-isbaħ li se jiskopru fatti interessanti dwar din il-lokalità taż-Żejtun bil-mixi jew bil-karozza.

Vjaġġ mill-isbaħ li l-parteċipanti kull mgħandhom bżonn jiktbu tweġiba sempliċi u qasira (fill in the blanks) li jsibuha minn fuq il-post li se jmorru jew jiġbdu ritratt tal-post. Dawk li se jieħdu sehem mgħandhomx bżonn ikunu jafu dwar din il-lokalità, iżda se jkollhom mappa u informazzjoni dwar kull post li se tkun ta’ għajnuna kbira waqt din l-avventura.

Il-pubbliku għandu l-opportunità li jipparteċipa bla ħlas, li tista’ tirreġistra t-tim tiegħek online minn fuq https://form.jotformeu.com/81926651396366 jew mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun.

Ipparteċipa billi tgħaqqad tim ta’ 3 jew 4 persuni, iżda dawk il-persuni li ma jsibux biżżejjed persuni jistgħu xorta japplikaw u l-organizzaturi jsibulhom tim huma. Kull parteċipant li se jieħu sehem se jkun qed jirbaħ diversi rigali wkoll talli jipparteċipa.

Għat-tfal u l-addoloxxenti (minn 8 sa 17-il sena) din l-avventura se ssir bil-mixi (it-tfal jistgħu jkollhom l-għajnuna ta’ adult jew tal-ġenituri tagħhom) filwaqt li dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena se jkunu qed jagħmlu din l-avventura mill-isbaħ bil-karozza privata tagħhom. Il-ġenituri jistgħu jilgħabu l-logħba mat-tfal tagħhom, kif ukoll it-tfal jistgħu jilgħabu l-logħba mal-ġenituri tagħhom bil-karozza, l-importanti li s-sewwieq ikun adult.

Is-sena li għaddiet fit-tieni edizzjoni ta’ din l-avventura ħadu sehem aktar minn 330 parteċipant u kollha marru lura d-dar b’diversi rigali. Ir-rebbieħa jitħabbru eżatt kif tispiċċa l-attività.

Ħafna diġà applikaw għall-avventura ta’ din is-sena li fosthom persuni li għandhom ‘il fuq minn 70 sena.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Informazzjoni

L-arblu navali fil-Forti Sant’Anġlu tniżżel minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta (SMOM). L-operazzjoni biex instab l-aħjar metodu kif kellu jitniżżel dan l-arblu ilha għaddejja x-xhur u…

Informazzjoni

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta’ bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta’ ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcards,…

Aktar