Attivita'
Titħajjar iżżur is-sit ta’ Tas-Silġ u l-Forti Delimara?

Skont il-missjoni ta’ Heritage Malta li tagħmel aċċessibbli dawk is-siti fdati lilha, il-pubbliku qed jiġi mistieden għal żjara bi gwida fis-sit arkeoloġiku ta’ Tas-Silġ u fil-Forti ta’ Delimara, nhar is-Sibt, 26 ta’ Jannar. Dawn iż-żewġ siti, li t-tnejn jinsabu f’Marsaxlokk, ma jkunux regolarment miftuħa għall-pubbliku.

Tas-Silġ huwa santwarju antik li jkopri diversi perjodi u jmur lura saż-Żmien Neolitiku. Fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu f’dan il-post jindikaw li dan baqa’ jgawdi sinifikat reliġjuż fost diversi kulturi li għexu fi Żmien il-Bronż, dak Puniku-Feniċju, Ruman, Biżantin u Għarbi.

Il-Forti ta’ Delimara huwa struttura militari li nbena fid-19 il-seklu u kien jifforma parti minn numru ta’ fortifikazzjonijiet li kienu maħsuba biex jipproteġu l-port ta’ Marsaxlokk. Il-biċċa l-kbira tal-forti tinsab taħt l-art, filwaqt li ċerti aperturi ta’ ventilazzjoni u aċċess għall-passaġġi huma mifruxa matul il-wiċċ tal-irdum u jfiġġu wkoll il-barra fuq il-Ponta ta’ Delimara.

Niltaqgħu: Marsaxlokk, biswit il-kappella ta’ Tas-Silġ fid-9.00am.

Biljetti: Adulti 12 il-ewro, membri ta’ Heritage Malta/anzjani/tfal/studenti 10 ewro.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta jew online fuq https://shop.heritagemalta.org/index.asp?eventid=499

Il-parteċipanti huma irrakkommandati li jilbsu żraben komdi u li jġibu torċ magħhom.

Għal aktar informazzjoni, żuru s-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 28 t’April, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw l-ewwel viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fit-Tempji Neolitiċi ta’ Kordin III f’Raħal Ġdid….

Attivita'

Saturday 6th, Sunday 7th and Monday 8th April 2019 will take place the second edition of Italian Taste – Food tasting Event.  The events is an opportunity to see the most…

Aktar