Kultura
Titħajjar tinżel fil-Katakombi ta’ San Pawl u Santu Wistin?

Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Novembru, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex iżur il-Katakombi ta’ San Pawl u ta’ Santu Wistin li jinsabu r-Rabat, waqt Open Day fejn id-dħul se jkun bla ħlas.

Il-Katakombi ta’ San Pawl huma mifruxa fuq medda ta’ art ta’ 7,000 metru kwadru u jinkludu oqbra Kristjani, Lhud u pagani. Ftit metri bogħod fl-istess triq hemm il-Katakombi ta’ Santu Wistin li fuq l-entratura tagħhom wieħed jista’ jara l-kliem Ad Catacumbas.

F’din il-ġurnata, il-pubbliku se jkollu l-opportunità li jesplora dawn is-siti interessanti filwaqt li jitgħallem dwar it-tipi ta’ oqbra differenti li tħaffru fil-blat u anki dwar l-artifatti u r-riti funerarji taż-żminijiet antiki Puniċi, Rumani u Biżantini. Il-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw it-tindif ta’ fuħħar antik, filwaqt li t-tfal jistgħu jipparteċipaw f’kaċċa għat-teżor u f’attività marbuta mat-tafal.

Programm ta’ attivitajiet fil-Katakombi ta’ San Pawl:

Matul il-ġurnata – Kaċċa għat-teżor fil-Katakombi ta’ San Pawl
9.00am – 4.00pm – Tindif tal-artifatti mal-istudenti tal-Assoċjazzjoni Studenti tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija (CASA)
11.00am – Attività bit-tafal għat-tfal fil-Paviljun tat-Tfal
11.30am – Żjara bi gwida bil-Malti
1.30pm – Żjara bi gwida bl-Ingliż
2.30pm – Attività bit-tafal għat-tfal fil-Paviljun tat-Tfal

Dħul bla ħlas.

Ħin: mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm)

Għal aktar informazzjoni, żur www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Is-Sibt 16 ta’ Novembru, is-Soċjetà Filarmonika Leone se tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina Leone, ‘Encore! – The Leone Band in Concert’. Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard, se…

Kultura

Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Novembru, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw il-viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fis-sit ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Din…

Kultura

L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani l-Birgu, ħabbret li mill-festa ta’ din is-sena 2019 ‘il quddiem, bħala kampanja favur l-ambjent, mhux ħa jintużaw bżieżaq (single use plastic) bħala parti mill-briju waqt il-marċijiet. Minflok…

Kultura

L-oriġini tal-festi Maltin imur lura għal nofs is-seklu tmintax. Din it-tradizzjoni baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra, tul iż-żmien. Fir-raħal ta’ Ħal Luqa, il-festa ad unur il-patrun Sant’ Andrija hija…

Aktar