Attivita'
Titħajjar tivvjaġġa lura fiż-Żmien Neolitiku?

Spiċċa ż-żmien meta n-nies taż-Żmien Neolitiku kienu sempliċiment jitqiesu li jafu jagħmlu l-affarijiet biss bil-mod ‘primittiv’ tagħhom. Infatti, bosta skoperti wrew illi eluf ta’ snin ilu, l-abitanti ta’ dawn il-gżejjer kienu kapaċi jaħsbu b’mod innovattiv u li minn żmien għal żmien, ħolqu modi ġodda ta’ kif iwettqu xogħolhom aħjar. It-tempji monumentali megalitiċi fil-gżejjer Maltin huma xempju suprem tal-kompetenza kbira tagħhom. Nhar il-Ħadd, 10 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal Open Day fit-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra, l-Qrendi, fejn se jkun hemm ukoll għadd ta’ attivitajiet interessanti.

Fid-9.30am, tfal minn 5 sa 10 snin, se jkunu jistgħu jagħmlu reċipjenti tal-fuħħar kif kienu jsiru fiż-Żmien Neolitiku. Din l-attività se tiġi repetuta fis-1.30pm.

Fl-10.00am, kuratur ta’ Heritage Malta se jkun qed imexxi żjara bl-Ingliż madwar it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikunu f’dal-ħin ħdejn Ħaġar Qim Gate.

Fl-10.30am, tfal minn 8 sa 12 il-sena, se jippreparaw ħobż ċatt – ikla magħmula mill-ingredjenti li kienu jeżistu f’dak iż-żmien antik.

F’nofsinhar, l-osteologa u arkeologa, Bernadette Mercieca Spiteri, se tagħti t-taħdita ‘Travelling back in time with the Neolithic people’, fejn se tkun qed tiddiskuti dettalji interessanti rigward riċerka kurrenti li qed issir fuq għadam antik uman li nstab ġewwa ċ-Ċirku tax-Xagħra, Għawdex.

Waqt dan l-avveniment, il-pubbliku jista’ jesplora t-tempji u kif ukoll iċ-ċentru tal-viżitaturi li jinsab biswithom.

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-9.00am sal-5.00pm (l-aħħar dħul fl-4.30pm)

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri,…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Aktar