Attivita'
Titlifx iċ-ċans li tieħu l-kolazzjon fil-miftuħ qalb l-ambjent naturali ta’ Għar Dalam

Tixtieq tibda l-ġurnata tiekol kolazzjon fil-miftuħ, f’ambjent naturali u ‘l bogħod mill-ġenn u l-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum?  Din tista’ tagħmilha nhar il-Ħadd li ġej f’Għar Dalam.

Il-kolazzjon se jisserva fit-8am u wara ssir żjara bi gwida dwar is-sejbiet arkeoloġiċi, storiċi u naturali tas-sit.  Is-sit jikkonsisti f’għar li jifforma parti minn Natura 2000 minħabba preżenza tal-ispeċi endemika tal-ħanżir tal-art tal-għerien li ġie skopert fil-partijiet ta’ ġewwa tal-għar, żewġ swali – waħda fuq stil Vittorjan u s-sala l-oħra tagħti iktar spjega dettaljata dwar l-evoluzzjoni u s-sejba tal-għar.

Is-sit u l-inħawi tal-madwar qed jitħejjew biex isiru park nazzjonali, tant li bħalissa għaddej proġett biex jinżergħu iktar pjanti u siġar indiġeni.

Waqt iż-żjara, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jżuru wkoll il-ġiebja maqtugħa fil-blat u aċċessibbli Ta’ Kaċċatura u l-fdalijiet ta’ villa Rumana biswit u Casa Ippolito, razzett tas-seklu 17 f’Wied Ħas-Saptan.

Kull min se jżur Għar Dalam irid jilbes żraben adattati għall-mixi.  Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jew mis-sit elettroniku http://heritagemalta.org/

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar