Kompetizzjoni
Titnieda l-kompetizzjoni għad-disinn tal-logo ta’ Skolasajf 2021

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qed tniedi l-kompetizzjoni għad-disinn tal-logo għal Skolasajf 2021.

Din is-sena l-kompetizzjoni hija miftuħa fuq skala nazzjonali, għal tfal minn 3 snin ‘il fuq. It-tema magħżula għal din is-sena hija bbżata fuq-il-kunċett ta’ rebħiet fil-ħajja ta’ kull persuna, bis-slogan ‘An I in every winner’ (Kull wieħed hu rebbieħ).

Is-slogan jirreferi għall- importanza li kull individwu jagħraf li għandu t-talenti u l-ħiliet tiegħu, li jistgħu jwassluh għas-suċċess. Kull persuna, adulti jew tfal, huma mħeġġa biex jaħdmu fuq il-ħiliet tagħhom, biex ningħaqdu flimkien għal komunità rebbieħa.

L-aħjar disinn li jintgħażel se jkun il-logo uffiċjali għal Skolasajf 2021. Hemm premjijiet sbieħ x’jintrebħu, li dalwaqt se jkunu mħabbra.

Għalhekk it-tfal huma mħeġġa biex ikunu kreattivi u jibgħatu d-disinn tagħhom lil [email protected]

Tfal li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Klabb 3-16 jistgħu jagħtu d-disinji tagħhom lil Koordinaturi taċ-Ċentri.