Attivita'
Tittella’ t-tieni edizzjoni tal-festival tat-tajr fi Pjazza Tritoni

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tat-Tajr.

Guo Hong Li, espert fir-riċerka u il-produzzjoni artiġjanali tat-tajra, fir-reġjun ta’ Shandong mill-belt ta’ Weifang, ser ikun il-misteiden speċjali.

Il-pubbliku mistieden biex jattendi u jara lit-tim u lis-Sur Guo jiddemonstraw il-ħiliet tagħhom, igawdi magħhom it-tajra tad-dragun, il-wirja tat-tajr u l-wirja tal-ħwejjeġ kreattivi tat-tajr waqt din il-festa tat-tajr.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Aktar