Attivitajiet Kulturali
Tnedija ta’ CD b’innijiet devozzjonali ta’ San Leonardu

L-Għaqda Mużikali San Leonardu se tniedi CD b’10 siltiet taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Direttur Daniel Vella, bis-sehem tal-Coro Bel Canto, it-Tenur Charles Vella Zarb, il-Baritonu Alfred Camilleri flimkien mal-kantanti Debbie Scerri, Mark Tonna, Sachelle Schembri u Keith Zammit.

Dan il-proġett beda s-sena li għaddiet meta l-Għaqda Mużikali San Leonardu ppreżentat il-proġett  ‘D Hymns: Digitising, Documenting and Disseminating Kirkop’s musical heritage – a 425th anniversary celebration’  bl-għajnuna tal-Komunitajiet Kreattivi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.

Permezz ta’ dan il-proġett, l-Għaqda Mużikali San Leonardu ħadet l-opportunità sabiex tiġbor l-innijiet devozzjonali kollha li nafu bihom sal-lum il-ġurnata ddedikati lejn il-Qaddis Patrun San Leonardu.

It-tnedija se ssir nhar l-Erbgħa li ġej fis-7pm fis-sede tal-Għaqda Mużikali San Leonardu.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Aktar