Tnedija ta’ ktieb ta’ poeżiji ta’ Margaret Agius

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ attività mal-awtriċi Margaret Agius.

Din l-attività se ssir bħala parti mis-sensiela Niltaqgħu mal-Awtur.

Margaret Agius hija attriċi, xandara u poetessa.

Permezz ta’ video maħdum għall-okkażjonil-Awtriċi se tagħti ħarsa lejn il-karriera tagħha fil-qasam tad-drama u x-xandir.

Matul l-attività se tiġi mnedija pubblikazzjoni ġdida ta’ poeżiji miktuba minnha u minn ħutha Charles u Peter. Il-ktieb għandu illustrazzjonijiet ta’ oħtha Janet.

L-attività se ssir nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fis-7.30pm fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, Razzett tal-Markiż, il-Mosta.

Aħbarijiet Oħra

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal serata avventuruża f’Għar Dalam li tinkludi żjara bi gwida fl-eqdem sit preistoriku f’Malta u fil-villa Rumana Ta’ Kaċċatura biċ-ċisterna tagħha, numru ta’ raddet ir-roti…

Attivita'

Il-BridLife Malta qalet li s’issa l-2019 kienet sena tajba għall-għasafar li jbejtu f’Malta b’għadd ta’ speċi differenti osservati jbejtu b’suċċess kemm fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta kif ukoll f’postijiet differenti…

Attivita'

The Directorate for Research, Lifelong Learning and Employability in collaboration with Friends of the Earth Malta, will be hosting a Sustainability Workshop and Repair Café on Saturday 22nd June at…

Aktar