Arti
Tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru, Heritage Malta se tkun qed tilqa’ t-tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’ fil-mużew tal-arti MUŻA.

Fl-2018, xogħlijiet ewlenin u kapolavuri mill-kollezzjoni nazzjonali tal-MUŻA ġew esebiti f’mużewijiet u istituzzjonijiet prinċipali fl-Italja. Waħda minn dawn l-istituzzjonijiet li esebit dawn ix-xogħlijiet tal-arti kienet il-Pinacoteca Camillo d’Errico fil-Palazz San Gervasio (Matera), li hija l-akbar u l-aktar kollezzjoni tal-arti importanti fir-reġjun tal-Basilicata. L-esebizzjoni nkludiet il-preferenzi tal-kolletturi tad-19 il-seklu għall-arti Flemish fir-reġjun tal-Mediterran, u ppreżentat paraguni bejn il-pubbliku (il-kollezzjoni nazzjonali ta’ Malta) u kollezzjoni privata (Camillo d’Errico) permezz ta’ għażla ta’ xogħlijiet.

Dan il-katalgu tal-esebizzjoni, ippubblikat minn Grenzi Editori, jinkludi kontribuzzjonijiet minn studjużi stabbiliti u oħrajn ġodda, Maltin u Taljani.

Id-dħul hu bla ħlas imma min jixtieq jattendi jeħtieġ li jirreġistra sa nhar l-Erbgħa 4 ta’ Settembru fuq [email protected] jew billi jċempel fuq 2295 4300.

Ħin: 7.00pm

MUŻA tinsab fil-Berġja tal-Italja, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Mit-Tlieta 26 sal-Ġimgħa 29 ta’ Novembru, Heritage Malta qed tistieden lill-anzjani biex jattendu fil-Mużew tal-Arti, MUŻA, sabiex jipparteċipaw f’attività interessanti li ddur mal-istejjer tal-kwadri u mal-ġrajjiet tal-parteċipanti. Spiċċa ż-żmien meta…

Arti

The Friends of the Manoel in collaboration with St John’s Co-Cathedral Foundation are organising a talk on Caravaggio by Fr Marius Zerafa O.P. Fr Marius Zerafa O.P. was Curator of…

Arti

Destiny always seems to carry an unknown plan that continuously eludes us. With this personal exhibition, artist Damian Ebejer goes into facets of his art that were not planned in…

Aktar