Attivita'
#tunattoga… u mbagħad? – taħdita minn gradwati tal-Malti

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad?

F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors offrut mid-Dipartiment tal-Malti, li qabdu toroq differenti wara l-Baċellerat. Huma se jitkellmu fuq studji oħra li wettqu wara l-kors, u fuq oqsma ta’ xogħol differenti li wassalhom għalihom il-Malti.

Il-kelliema huma Christa Boffa, Donna Borg, Javier Degiorgio, Glen Falzon, Wayne Farrugia, Bernice Magro u Dorothy Scerri.

Minkejja li din l-attività hija primarjament immirata lejn l-istudenti tal-Malti, kulħadd huwa mistieden isegwiha u jaqsam il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu wkoll.

L-attività se ssir fis-7 ta’ Mejju fis-6pm u se tixxandar live fuq il-paġna tal-Għaqda tal-Malti fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra

L-għaqda Europa Donna Malta Breast Care support group se tipparteċipa fl-avveniment “Race for the Cure 2020” b’mod virtwali. Fi stqarrija l-għaqda qalet li dan l-avveniment se jsir fi 22 pajjiż Ewropew u…

Heritage Malta tħabbar li ser jerġa jibda l-programm popolari tas-sajf tal-Passaport tal-Istudenti biex tkompli tiżdied l-aċċessibiltà għall-wirt kulturali. Dan il-Programm li jara l-bidu tiegħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020…

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

The Kummissjoni WEB, which is the media team within the Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, during these last 3 weeks embarked on a project to organise…

Aktar