Mużika
Via Dolorosa – Għad-Dell tal-Qorriegħa

Nhar il-Ħadd, 18 ta’ Marzu 2018, lejlet festa pubblika, il-Fondazzjoni Santa Ċeċilja ta’ Għawdex se ttella’ l-ħames edizzjoni tal-Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Din is-sena se jittella’ l-Oratorjo bit-tema ‘Via Dolorosa: Għad-dell tal-Qorriegħa’. It-tema tiegħu hi mnebbħa mir-raba’ dulur tal-Madonna, meta ltaqgħet ma’ Kristu fi triqtu lejn il-Kalvarju.

 L-oratorjo għandu lirika ta’ Mario Borg filwaqt li l-kompożizzjoni mużikali saret minn Antoine Mercieca, Direttur Mużikali u Fundatur tal-imsemmija fondazzjoni. L-Oratorjo jirrakkonta l-ġrajja tar-raba’ dulur tal-Madonna filwaqt li l-awtur ma jibqax marbut ma’ dan id-dulur biss, imma saħansitra jsemmi sensiela ta’ duluri u tbatijiet tal-umanità ta’ żmienna. L-udjenza li se tkun preżenti għall-esekuzzjoni ta’ dan l-oratorjo se jkollha l-possibbiltà li mhux biss tidħol fil-qalba tar-raba’ dulur tal-Madonna, imma saħansitra tattribwixxi l-istess dulur mal-ħajja u r-realtà tal-lum.

 Din il-kompożizzjoni mużikali ġiet miktuba għal kor, solisti u orkestra. Fil-fatt se jieħdu sehem il-kor u l-orkestra ‘Santa Ċeċilja’ flimkien mas-solisti Ruth Portelli (il-Madonna), Rosabelle Pavia (Marija ta’ Kleofa), Marthese Borg (Marija ta’ Magdala), Angelo Muscat (Ġesù), George Mercieca (Ġwanni u Pilatu), waqt li l-kor se jkun jagħmel il-parti tal-poplu Lhudi.

 Il-leader tal-orkestra se jkun James Zammit filwaqt li l-kor u l-orkestra se jkunu taħt il-bakketta tas-surmast fundatur Antoine Mercieca.

 L-oratorjo se jsir fis-sala prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex, fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex, il-Ħadd, 18 ta’ Marzu fis-6:30pm. Kulħadd hu mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

It’s March 2019 and the Gozo Youth Orchestra, under the direction of Mro. Dr. Joseph Grech and in collaboration with 7SPP and Festivals Malta, is once again on the road….

Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Aktar