Wirja
Victor Pasmore, diskussjoni dwar il-ħajja tiegħu f’Malta

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa mal-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li se ssir nhar il-Ħamis, 4 t’April, dwar il-ħajja tal-artist Victor Pasmore hawn Malta.

Victor Pasmore se jkun introdott lill-parteċipanti bi preżentazzjoni dwar iż-żmien li qatta’ hawn Malta u kif dan influwenzalu ħajtu u l-karriera tiegħu. Id-diskussjoni li se ssegwi se tinkludi t-tifkiriet u l-memorji ta’ individwi li kienu jafuh, fosthom membri tal-familja Pasmore u ħbieb tiegħu. Il-parteċipazzjoni ta’ membri mill-udjenza li jaf ikollhom xi memorji u ġrajjiet tal-artist hija mħeġġa.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Arkivji u l-Kollezzjonijiet Speċjali tal-Librerija tal-Università ta’ Malta.

Dħul bla ħlas.

Ħin: 6.30pm

Post: MUŻA – Berġja tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Għada, 8 ta’ Lulju 2019, għall-ħabta tat-8.30pm, fi Pjazza Mifsud Bonnici, Marsaskala, ser jittella’ kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija. Se ssir ukoll wirja mill-Precision Drill Team u mis-Sezzjoni tal-Klieb, flimkien ma’…

Wirja

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tassigura li l-elementi tal-wirt kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, qed tiġi organizzata żjara speċjali ġewwa l-MUŻA minn Heritage Malta u l-Aġenzija Sapport, nhar l-Erbgħa 10…

Wirja

Il-Kummissjoni Nar Soċjetà Mużikali Beland ser tkun qed torganizza The Beland Motor Show għat-tielet sena konsekuttiva bejn is-27 u 28 ta’ Lulju. Fis-27 ta’ Lulju l-wirja ser tkun qed titella’…

Wirja

Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fil-livell -1 tal-ĦAĠAR (Pjazza San Ġorġ – Victoria), magħmula minn assortiment ta’ eżempji “Vittorjani” filateliċi u numismatiċi. Ġiet ippreparata biex tfakkar…

Aktar