Produzzjoni
Wara 35 sena tirritorna għat-tieni darba Ejja tabib għax għandi t-taqlib

Żgur li min għandu għal qalbu l-kummiedja Maltija, xi darba jew oħra sema’ b’din il-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib miktuba mill-awtur Manwel Haber.

Din il-kummiedja li ttellgħet 35 sena ilu kienet suċċess kbir f’dak iż-żmien b’atturi bravi li komplew jagħmluha kummiedja mill-isbaħ fosthom Eileen Montesin, Karmenu Vella, Josephine Zammit Cordina, George Portelli, John Dimech u atturi oħrajn li llum m’għadhomx magħna fosthom Twanny Scalpello, Doreen Grech u Andre Ellul.

Ejja tabib għax għandi t-taqlib se terġa’ tittella’ minn ACTion Productions nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu u l-Ħadd 17 ta’ Marzu fil-Kulleġġ Primarju San Benedittu, Birżebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Produzzjoni

Il-Ħanina Maddalena huwa musical ġdid tal-maestro Dominic Galea b’kitba ta’ Simon Bartolo u lirika ta’ Loranne Vella. Iva, dawk it-tnejn; l-istess Simon Bartolo u Loranne Vella tar-rumanzi ta’ It-Triloġija tal-Fiddien,…

Produzzjoni

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta produzzjoni taż-żfin għat-tfal ġot-Teatru Salesjan. Blooming Creatures hija produzzjoni ispirata min-natura u permezz taż-żfin tesplora movimenti ta’ kreaturi jinteraġixxu ma’…

Attivita'

Il-Ġimgħa Mqaddsa mal-Franġiskani, Musical fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani. Waqt din il-produzzjoni, mhux se jinżammu r-regoli tas-soltu, b’personaġġi bħal Pilatu, San Ġwann, is-Suldat li tah is-swat kif…

Attivitajiet Kulturali

Drammi tal-Passjoni, wieħed sar isibhom f’kull belt u raħal f’Malta. Storja tirrepeti ruħha, forsi bi ftit kliem differenti, imma xejn ġdid. U kien propju dan li l-Għaqda Talent Dingli ma…

Aktar