Teatru
Wara t-tieġ, imiss ‘Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla’

Wara s-suċċess li nkiseb sentejn ilu permezz tal-kummiedja ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’, Mixta Drama se ttella t-tieni kummiedja ‘Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla’.

Il-karattru ta’ Karmena huwa wieħed maħbub minn bosta nies li jħobbu d-drama Maltija u s-suċċess li Karmena u l-karattri l-oħra kisbu fil-passat kien wieħed enormi.

Sal-lum il-ġurnata meta ssemmi lil Karmena, Ninu, Paċifku u l-bqija wieħed ma jistax ma jitbissimx meta jiftakar fil-praspar li għaddiet minnhom Karmena sakemm iżżewġet lil Paċifku.

Issa naraw lil Karmena u Paċifku fl-ewwel lejl tal-honeymoon f’lukanda f’Għawdex. Avolja eżawriti u għajjenin, Karmena u Paċifku, it-tnejn ferħanin b’xulxin, ikkargati biex igawdu lil xulxin.

Malli titlaq r-receptionist mill-kamra tagħhom u jkunu se jintilfu f’dirgħajn xulxin, Paċifku jieqaf! Qalb Karmena tagħmel tikk… Iva issa x’ħin kien irranka?

Mingħajr ma nkomplu nikxfu wisq mill-istorja, nistednukom tingħaqdu ma’ Karmena u żewġha Paċifku, Ninu, Gori, Uncle Fred u Perpetwa flimkien mal-karattri l-ġodda u taraw minn x’kellhom jgħaddu Karmena u Paċifku fl-ewwel lejl tal-honeymoon.

Jiehdu sehem Michael Stivala, Clayton Pace, Sonic-j Aquilina, Franky Borg, Sandro Vella, Chris Micallef, Lenies Gauci, Kim Beeston, Antida Borg u Maria Sant.

Fuq kitba ta’ Charles Clews, b’adattament ħieles u direzzjoni ta’ Dominic Said, din il-kummiedja se tittella’ fuq żewġ weekends li huma s-Sibt 18 ta’ Mejju fis-7pm u l-Ħadd 19 ta’ Mejju fil-5pm u l-weekend ta’ wara l-Ġimgħa 24 ta’ Mejju fis-7pm u s-Sibt 25 ta’ Mejju fis-7pm fid-Drama Centre, il-Ħamrun.

Għall-biljetti tistgħu ċċemplu fuq 77902007 jew inkella ħallu messaġġ fil-paġna ta’ Facebook Mixta Drama.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

Bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta, qed jittella’ addattament pop tar-rumanzett ta’ Francis Ebejer “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Il-kitba għall-palk u d-direzzjoni huma ta’ Jamie…

Teatru

Għat-tieni sena konsekuttiva se jittella’ d-dramm mużikali AĦNA LI KONNA MIEGĦU: FUQ IL-GOLGOTA. Dan huwa dramm tal-passjoni mtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani – GiFra.  Fuq kitba ta’ Patri Joseph Magro, din is-sena…

Teatru

L-Akbar Imħabba huwa d-dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa li The Drama Group Mosta se tippreżenta din is-sena. Dan id-dramm, oriġinali bħal ma jkunu d-drammi ta’ dan il-grupp huwa t-35 wieħed….

Teatru

Hekk kif ninsabu fiż-żminijiet tar-Randan, għal sena oħra l-Għaqda Banda Żejtun qed taħdem fuq bosta attivitajiet marbuta ma’ dan iż-żmien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, b’differenza mis-snin imgħoddija, minflok…

Aktar