Arti
Wirja artistika mill-Għaqda Filantropika Talent Mosti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ Wirja Artistika minn Charles Chetcuti bejn l-14 u t-28 ta’ April 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Charles Chetcuti, mwieled fl-1961, wera nteress fl-arti minn meta kien għadu fl-iskola primarja. Fi żmien l-istudji tiegħu fis-sekondarja, huwa studja s-suġġett tal-arti fuq bażi volontarja fejn beda jpinġi bil-lapes, bil-pinna u jpitter biż-żejt.

Bħala adult għamel madwar għaxar snin jistudja u jipperfezzjona l-arti tal-fotografija, bl-għajnuna tas-Soċjeta Fotografika ta’ Malta. Xogħolu fil-fotografija kien jinkludi wkoll l-iżviluppar u l-iproċċessar kollu tar-ritratt, u dan kollu wasslu biex ġab ċertifikat avvanzat fil-fotografija. Il-proċess favorit ta’ Charles kien il- black and white waqt li s-suġġett l-aktar għal qalbu kien l-element uman. Dan l-element uman baqa’ jirrifletti f’xogħolu meta kompla jistudja u jipprattika l-arti tal-pittura bis-serjetà.

Wara kors ta’ filgħaxija bażiku fl-MCAST, u ieħor tat-tpinġija tal-figura taħt id-direzzjoni tal-artist is-Sur Eman Grima fis-Soċjeta tal-Arti u Kummerċ il-Belt , huwa beda kors ta’ diploma fl-Iskola tal-Arti, fil-Belt Valletta. Għal diversi snin Charles studja u pprattika t-teknika u l-komposizzjoni tal-pittura kif ukoll l-istorja tal-arti, b’direzzjoni ta’ diversi għalliema, fosthom is-Sur Alfred Portelli, is-Sur Anthony Sciberras, is-Sur Noel Azzopardi u Dr. Christian Attard. Għal dawn l-aħħar seba’ snin, taħt id-direzzjoni tas-Sur Alfred Caruana Ruġġier, Charles iffoka fuq is-suġġett tal-figura u l-wiċċ biex jużah tajjeb bħala t-tema prinċipali għal-proġett tad-diploma tiegħu.

Charles jispira ruħu mill-artisti Jacques-Louis David, Caravaggio u l-artist Malti Edward Caruana Dingli u dan jirrifletti fil-mod realistiku li bih ipitter is-suġġetti tiegħu.

Din l-attivita’ għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.

Aħbarijiet Oħra
Arti

Il-Belt Valletta u d-Dumnikani: mixja waħda hija wirja li tirrakkonta kif l-istorja tal-Belt Valletta u tal-komunità Dumnikana tal-Belt intisġu flimkien. Heritage Malta flimkien mal-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u…

Arti

Fondazzjoni Richmond se tiċċelebra l-25 sena ħidma tagħha fis-servizz tas-saħħa mentali b’ġurnata għall-familja. Il-Family Fun Day, li se tippromwovi l-importanza tas-saħħa mentali, se ssir fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali nhar is-7…

Arti

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se tella’ wirja artistika Brush Strokes. Il-wirja se tittella’ mid-9 sat-23 ta’ Ġunju 2018 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Hija se tkun miftuħa…

Arti

Naqsam il-MUŻA, inizjattiva ta’ Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Malta Freeport Terminals Ltd., issa waslet ukoll f’Birżebbuġa. Naqsam il-MUŻA hu proġett fejn membri tal-komunità jagħżlu biċċiet tal-arti mill-kollezzjoni…

Aktar