
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tippresenta ANIMA 2017 Wirja Artistika minn Jennings Falzon fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Most Bejn il-21 ta’ Ottubru 2017 sal-4 ta’ Novembru 2017
Ħinijiet tal-wiri: Kuljum mis6.00pm sad-8.00pm
Ħdud mid-10.00am sa nofsinhar
u mis-6.00pm sat-8.00pm
Bijoġrafija:-
Twieled f’Novembru 1986, artist Malti minn Naxxar. Jennings Falzon irċieva l-edukazzjoni ġewwa MCAST, il-kulleġġ ta l’Arti u Disin. Hu rċieva baċellerat fl-Arti li kien ikkollaborat ma Franhofer- Gesellschaft University Berlin fis- sena 2011. Matul l-istudji fl-arti, l-iskultura figurattiva baqgħet l-iżjed ħaġa li hu kien interessat fiha. Nistgħu ngħidu li f’xogħlu hemm influwenzi u demostrazzjonijiet dramatiċi u allegoriċi meħuda mill-mitoloġija Griega u skulturi klassiċi minn artisti rinomati fis-seklu sittax u sbatax. Hemm ukoll influwenzji mill-letteratura tas-seklu tnax, mill-poeżija ta’ Dante Alighieri, La Divina Comedia, li tiffoka fuq spiritwalita, tama, ċertu fantażiji tal-ħajja, il-mewt, x’jigri wara il-mewt u l-fidwa tal-bniedem. Dawn il-punti jidru evidenti f’din l-esebizzjoni b’isem ta’ Anima.
Dawn l-emozzjonijiet u ċertu simboliżmu li fih fix-xogħol ta’ Falzon, joħolqu ċertu kurżita b’uzu ta’ materjali diversi biex b’hekk ma jillimitawhx għall material wieħed u teknika waħda. Ħafna esperimenti wassluh biex ikun iżjed informattiv, kunfidenti fl-għażla tal-materjal, fil-kunċett kif ukoll fit-teknika kemm fl’ iskultura u anke fil-pittura.
Waqt l-istudji tiegħu fl-2010 Jennings ġie magħżul biex jesebixxi xogħlu f’ Denmark ġewwa Bornholm f’konkors taċ-ċermamika fejn żewġ artisti minn kull post fl-Ewropa ġew magħzula biex jipparteċipaw. B’hekk Falzon kompla jipprometti u f’dawn l-aħħar snin iparteċipa f’diversi esebizjonijiet kemm ma’ artisti Maltin kif ukoll barranin, solista u anke xogħlijiet ikkomisjonati.





Fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied Imqaddes, is-Soċjetà Każin Banda Santa Liena, flimkien mal-Kummissjoni TEAK (Talent Elenjan Arti u Kultura) fi ħdanha għal sena oħra se torganizza “Wirja tal-Presepji u Bambini” fil-kantina tal-każin…
The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti b’esebizzjoni tal-arti ta’ Josette Casha nhar is-16 ta’ Novembru 2019 fis-7.30pm, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta Il-Wirja tibqa’ Miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2019…
Nhar it-Tieta, 12 ta’ Novembru, Heritage Malta qed torganizza avveniment esklussiv mal-kuratur għal dawk li għandhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti se jżuru l-esebizzjoni ‘Culhat al Belt: Sette Giugno…