Attivita'
Wirja Liber Librorum: Texts, Translations & Exegesis

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta.

L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni tal-Biblijoteka Nazzjonali, waqt li tagħti ċ-ċans lill-viżitatur japprezza l-faxxinu li jinsab fil-kumplessità tal-Bibbja, b’tama li tinkoraġġixxi aktar qari u fehim ta’ dan il-ktieb. Ser ikun hemm esebiti wkoll Bibbji fil-lingwi oriġinali bħall-Ebrajk u l-Grieg; traduzzjonijiet fil-Latin (il-Vulgata), Taljan u Franċiż; volum minn Bibbja poliglotta – Bibbja kbira stampata b’ħafna lingwi maġenb xulxin u kotba Bibblici f’forma minjatura, li huma fil-fatt l-iżgħar żewġ kotba fil-kollezzjoni nazzjonali. Għall-wiri se jkun hemm ukoll esebiti għall-ewwel darba żewġ manuskritti originali tax-xogħol monumentali ta’ Pietru Pawl Saydon – traduzzjoni kompluta tal-Bibbja bl-ilsien Malti, meħuda direttament mill-Ebrajk u l-Grieg.

Il-wirja tiftaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 27 ta’ April sal-Erbgħa 26 ta’ Ġunju 2019 fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija.

Ħinijiet ta’ ftuħ

Fix-Xitwa (1 t’Ottubru sal-15 ta’ Ġunju)
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:15–17:00
Is-Sibt: 08:15–13:00
Kull tielet Sibt ta’ kull xahar il-Bibljoteka tkun miftuħa mit-08:15 sal-16:00.

Fis-Sajf (16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru)
Mit-Tnejn sas-Sibt: 08:15–13:15

Ħdud u festi pubbliċi: Magħluqin

Dħul huwa b’xejn u viżitaturi huma mitluba biss li jġorru dokument ta’ identifikazzjoni biex jirreġistraw l-attendenza tagħhom.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-paġna uffiċjali fuq Facebook https://www.facebook.com/NationalLibraryofMalta/ jew tibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-BridLife Malta qalet li s’issa l-2019 kienet sena tajba għall-għasafar li jbejtu f’Malta b’għadd ta’ speċi differenti osservati jbejtu b’suċċess kemm fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta kif ukoll f’postijiet differenti…

Attivita'

The Directorate for Research, Lifelong Learning and Employability in collaboration with Friends of the Earth Malta, will be hosting a Sustainability Workshop and Repair Café on Saturday 22nd June at…

Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Aktar