Reliġjon
Wirja Marjana fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà
Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà, il-Kummissjoni Festa qiegħda torganizza wirja Marjana fis-sala Yvonne taħt iz-zuntier tal-knisja parrokkjali.
F’din il-wirja sejrin ikunu esebiti xi statwi tal-Madonna ta’ Fatima li nsibu f’xi parroċċi Maltin u bosta statwi, kwadri jew pitturi oħra li jinstabu fi djar privati.
Il-Wirja sejra tkun imbierka mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi nhar is-Sibt 13 ta’ Ottubru wara li jqaddes fil-parroċċa fl-okkażjoni tal-aħħar dehra ġewwa Fatima.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja huma kuljum mill-5.00pm sas-7.30pm u l-Ħadd 14 ta’ Ottubru tiftaħ ukoll filgħodu. L-aħħar jum tal-wirja jkun il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2018.
Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Għada hija l-festa liturġika ta’ San Publiju u l-Furjaniżi se jiċċelebraw il-festa b’dimostrazzjoni bl-istatwa li tirrapreżenta lil Publiju bħala prinċep żagħżugħ mat-toroq ewlenin tal-Furjana. Id-dimostrazzjoni ser tkun akkumpanjata mill-banda. Il-ġrajja ta’ San…

Reliġjon

Il-Fondazzjoni Gwanni Pawlu II b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Partijiet Franġiskani ser tikkommemora l-Isqof Sylvester Carmel Magro li miet f’Jannar ta ‘din is-sena. Mgr Magro kien mir- Rabat Malta iżda l-familja tiegħu oriġinarjament…

Reliġjon

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi…

Reliġjon

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa 20…

Aktar