Wirja
Wirja Medjevali għal Jum Ħal Safi

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Ħal Safi, fi tmiem dil-ġimgħa, Heritage Malta qed tippreżenta l-esebizzjoni ‘Core and Periphery: Mdina and Safi in the 9th and 10th centuries’ fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.

Din l-esebizzjoni tkompli ma’ dik li kienet qed tittella’ dan l-aħħar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-Belt Valletta, u tippreżenta wħud mir-riżultati li ħarġu minn żewġ skavi arkeoloġiċi ta’ emerġenza li twettqu fl-Imdina fl-2008 u f’Ħal Safi fl-2015. Dawn iż-żewġ skavi wasslu għal tagħrif prezzjuż dwar iż-Żminijiet Mudlama ta’ Malta – perjodu drammatiku ta’ bidla storika li ra t-tmiem tal-ħakma Biżantina u l-wasla tal-Għarab fil-gżejjer tagħna.

It-tipoloġija taċ-ċeramika ta’ dawn il-perjodi qed tiġi esebita għall-ewwel darba, bħala introduzzjoni għal diskussjoni aktar wiesgħa dwar is-soċjetà u l-ekonomija ta’ Malta fid-9 u l-10 sekli. L-esebizzjoni tiffoka b’mod partikolari fuq il-kuntrast bejn il-ħajja urbana u dik rurali f’dan il-perjodu.

Din l-esebizzjoni se tkun miftuħa s-Sibt, 6 t’April, u l-Ħadd, 7 t’April, mill-10.00am sas-1.00pm.

Nhar il-Ħadd, 7 t’April, mill-10.00am sas-1.00pm, il-viżitaturi jistgħu jiltaqgħu u jiddiskutu mal-kuratur dwar din l-epoka affaxxinanti.

Dħul bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom…

Wirja

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’…

Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Aktar