Wirja mill-grupp tal-abbatini tal-paroċċa ta’ Ħad-Dingli

Il-Grupp tal-abbatini, tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, għar-raba’ sena, ser itellgħu wirja tradizzjonali tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema:‘Ibqgħu fl-imħabba tiegħi’ fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokjali.  F’din il-wirja, wieħed jsib preżentazzjoni tal-Mejda tal-Appostli, ippreparata mill-abbatini, b’ xogħol li ħadmu huma stess, sett ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira u wirja tal-kwadru tal-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena ta’ fuq l-Irdum, f’ Ħad-Dingli, li f’dawn l-aħħar xhur kien għar-restawr, wara li l-kappella soffriet xi ħsarat, kawża ta’ sajjetta li laqtgħet il-Kappella, f’ Diċembru li għadda. Din il-pittura, saret fl-2005 mill-pittur Għawdxi Pawlu Camilleri Cauchi u ġiet restawrata minnhu stess.

Il-Wirja ser titella’ bejn is-27 ta’ Marzu u t-3 ta’ April.

Nħeġġu lil kulħadd biex jattendi u jżur din il-wirja li dawn l-abbatini ta’ Ħad-Dingli, qed iħejju għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival 2020, iI-Kunsill Lokali Paola ser ikun qed itella’ żewġ attivitajiet.  L-ewwel attività ser tkun Dramm qasir bl-isem ta’ MICKEY. Dan id-dramm qed jittella’ miċ-Ċentru Anzjanità Attivà tal-Kunsill Lokali…

Wirja

The second exhibition of the newly redesigned 111 Art Gallery in Ta Xbiex, Malta, featuring artist Gorg Mallia exhibiting digital abstracts with his pen-and-ink figures: ‘Rhapsody-in-Pain’. Rhapsody-in-Pain is made up…

Attivita'

The 4th lecture in the Malta Libraries’ lecture series ‘Discoveries from the Past: Promoting Research Findings’ at the National Library of Malta is a 2 session lecture organized in collaboration…

Aktar