Kultura

Wirja ta’ Arti Sagra għall-Okkażżjoni ta Żejt iż-Żejtun fis-Sede tas-Soċjeta’ Mużikali Beland

Matul l-avveniment annwali ta’ Żejt iż-Żejtun li jsir kull Settembru, din is-sena bejn nhar is-Sibt 23 mit-8:00pm sal-11:30pm u l-Ħadd 24 mit-8:30am sal-11:30am, il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Beland, ser itella’ wirja b’xogħlijiet tal-artist Antonio Mifsud.

Din il-wirja ser tkun magħmula minn kollezzjoni ta’ ‘Arti Sagra’ li tikkonsisti f’ħafna abbozzi li saru f’postijiet publiċi jew saħansitra knejjes, fosthom; il-buzzett tal-kurċifiss li jinsab fil-Kappella tal-Adorazzjoni fis-Swatar, il-buzzett tal-monument li jfakkar l-Union tal-infermiera u qwiebel li tinsab fil-ġonna ta’ San Anton, il-buzzetti tal-Via Crucis li jinsabu fil-kappella tal-isptar Mater Dei, disinni li saru fir-rakmu għall-istandarti tal-fratellanzi tad-duluri u tal-kunċizzjoni tal-proto parroċċa San Pawl fir-Rabat, etc.. Hemm ukoll idejat ta’ arti sagra u monumentali kontemporanja, Alto Reliev li klassifikat it-tieni post f’kompetizzjoni Ewropea kif ukoll pittura u diversi xogħolijiet oħra.

Il-wirja ser tkun qed tiġi esebita fis-sede tas-Soċjetà. Inħeġġu lil kulħadd biex ma jitlifx din l-opportunita’ u jiġi jara din il-kollezzjoni tassew artistika. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment, wieħed jista jżur il-paġna ta’ Facebook ‘BELAND’ fejn ikun jista wkoll jagħmel kuntatt dirett magħna.