Attivita'
Wirja ta’ karozzi mtella’ fiż-Żejtun b’risq l-ALS

Il-Ħadd 8 ta’ April il-Kummissjoni Nar fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali Beland taż-Żejtun ser torganizza “Beland Motor Show”.

Wirja vasta ta’ vetturi u muturi, li tinkludi karozzi tal-linja antiki, karozzi moderni u klassici, trukkijiet Amerikani u Ewropej kif ukoll Dragster. Din tal-aħħar ser tinxtel apposta għall-pubbliku.

Ser ikun esebit ukoll limousine double decker uniku tax-xorta tieghu f’Malta.
Dan l-avveniment ser tkun fil-Pjazza Karlu Diacano (il-venda) iż-Żejtun bejn l-10.30am u is-2.30pm. Din l-attivita qegħda tittella` b’risq ASL Malta. Waqt din l-attivita ASL Malta ha jkollha bosta stands li ha jkunu jbigħu bosta affarijiet dekorativi għad-djar u kejkijiet b’risq l-istess fondazzjoni.
Sidien ta’ vetturi li jixtiequ jipparteċipaw huma ġentilment mitluba li jċemplu fuq 7925 0002 jew e-mail:[email protected]
Reġistrazzjoni tikkonsisti f’kontribuzzjoni ta’ €10 għal kull vettura esebita.
Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana. Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun…

Attivita'

Biex tiżdied iktar il-kuxjenza dwar il-volumi ta’ skart tal-plastik li jintrama’ u jispiċċa fil-baħar, tliet għawwiema se jagħmlu sfida b’għama ta’ 70 kilometru madwar Malta. It-tliet għawwiema – Neil Agius,…

Attivita'

Qatt kilt laħam tal-kukkudrill?  Tixtieq tippruvah?  Issa huwa ċ-ċans li dduq kebabs tal-kukkudrill waqt l-edizzjoni li jmiss tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel fl-Imdina. L-aroma tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża,…

Aktar